ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA GĦALL-KARDINALI U L-ISQFIJIET MEJTIN
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kappella Sistina
It-Tlieta, 22 ta’ Novembru 1983
1. “Beati . . . il-mejtin li jmutu fil-Mulej” (Ap 14, 13).
Hija b’din l-esklamazzjoni ta’ beatitudni, li llum niċċelebraw l-Ewksristija għall-feliċità eterna f’Alla ta’ ħutna Kardinali u tal-Konfratelli fl-Episkopat, li fil-korsa ta’ din is-sena ikkonkludew l-istadju tal-eżistenza terrena tagħhom. Huma “marru qabilna bis-sinjal tal-fidi u jinsabu reqdin ir-raqda tas-sliem””.
Jekk f’din iċ-ċirkustanza huwa preżenti f’qalbna n-niket uman, ikkawżat mill-firda – dejjem doloruża – tal-persuni li konna nafu, stmajna, ħabbejna, il-“beatitudni”, li San Ġwann semà ġejja mis-sema, riservata għal dawk li “jmutu fil-Mulej”, jiġifieri li huma magħqudin fil-fidi u fil-karità ma’ Kristu, din tagħtina serenità kbira u tama invinċibbli.
Huma dawn, għeżież ħuti preżenti għal dan ir-rit, l-okkażjonijiet li fihom aħna mistiedna biex nimmeditaw u nirriflettu fuq il-problemi fundamentali tal-eżistenza tagħna, fuq is-sinifikat aħħari u definittiv tal-eżistenza tagħna u tal-aġir tagħna fid-dinja. Ir-Rivelazzjoni divina tiftaħ beraħ għar-raġuni umana, f’din l-isfera, spazi bla tarf u miftuħin għall-infinit. Il-fidi ssostnina u ssabbarna biċ-ċertezza indubitabbli li mingħand Alla ġejna permezz ta’ ġest krejattiv liberissmu tiegħu, u Għalih aħna msejħin biex nirritornaw, billi nsegwu itinerarju – li huwa dak ta’ ħajjitna terrena – iebes iva bid-diffikultajiet ta’ kull xorta, imma mdawwal u msabbar mill-grazzja.
2. Aħna llum miġburin hawn biex niftakru, imma fuq kollox biex nafdaw għat-tieba bla tarf, amorevoli ta’ Alla, “dives in misericordia”, l-erwieħ ta’ ħutna li ħallewna din is-sena, li fil-Knisja okkupaw irwoli u funzjonijiet ta’ prestiġju l-iktar għoli, u għalhekk ta’ responsabiltà kbira ħafna, quddiem il-kuxjenza tagħhom, il-Knisja, u Alla.
Irridu issa ndividwalment ninnominaw il-membri tal-Kulleġġ Sagru li ħallewna. Diġa tul din is-sena, ftakarna flimkien fit-talb ta’ suffraġju lill-Kardinali Antonio Samorè, James Robert Knox u Umberto Mozzoni.
Irrid issa nsemmi fil-qosor lill-Kardinali l-oħra li mietu.
– Il-Kardinal Julio Rosales, tal-Filippini. Bħala kappillan ta’ Catbalogan u mbagħad koadjutur fil-parroċċa ta’ Tacloban, fil-provinċja ta’ Leyte, iddedika ruħu b’ħafna mpenn għall-assistenza materjali u spiritwali tal-foqra.
Fl-1946 kien innominat isqof ewlieni tad-dijoċesi ta’ Tabgilaran, fejn sab ruħu jiffaċċja l-konsegwenzi tal-qrid tal-gwerra. Bena s-Seminarju tal-Verb Divin, knejjes ġodda b’xogħlijiet parrokkjali annessi.
Maħtur arċisqof ta’ Ċebu, minn Piju XII fl-1949, f’din is- sedja wkoll ta’ prova wiesgħa tad-dedikazzjoni ġeneruża tiegħu billi bena mill-ġdid il-katidral, waqqaf is-seminarju minuri u żied in-numru tal-parroċċi. Il-ħniena profonda tiegħu lejn is-Santissmu Sagrament imbuttatu biex jippromwovi diversi Kungressi ewkaristiċi nazzjonali, waqt li ta wkoll eżempji ta’ impenn soċjali konkret u fattiv fil-konfront tal-klassijiet inqas ambjentali u iktar abbandunati.
– Il-Kardinal Mario Casariego, imwieled fi Spanja. Iltim ġovanissmu miż-żewġ ġenituri ittrasferixxa ruħu f’El Salvador, fejn daħal fil-Kongregazzjoni tal-patrijiet Somaski. Fl-istitut ta’ La Ċeiba, li tiegħu kien rettur, daħal għal diversi inizjattivi għall-promozzjoni soċjali tal-foqra, waqt li spiss wettaq opra ta’ medjazzjoni u paċifikazzjoni fid-dinja politika ta’ dak in-Nazzjon.
Fl-1958 kien innominat Isqof awżiljarju tal-Aeċisqof tal-Gwatemala; imbagħad koadjutur u fl-1964 Aeċisqof ta’ dik is-Sedja. Fuq il-linja tat-tagħlim soċjali tal-Knisja u, b’mod partikolari, tal-Populorum Progressio, ħadem b’żelu nstankabbli għall-popli li kienu qegħdin jiżviluppaw, billi stinka b’sagrifiċċju personali u mpennja ruħu fl-opra tal-evanġelizzazzjoni.
– Il-Kardinal Joseph Schröffer, imwieled il-Ġermanja. Ordnat saċerdot fl-1928 kien professor tat-tejoloġija morali u mbagħad tal-pastorali fl-Iskola superjuri tal-filosofija u tat-tejoloġija ta’ Eichstätt u ndirizza l-impenn propju pastorali għar-rikostruzzjoni materjali, kif ukoll għall-intensifikazzjoni tal-ħajja spiritwali tad-dijoċesi.
B’dedikazzjoni u kuraġġ partikolari inxteħet b’qalbu u ruħu kollha għar-rikonċiljazzjoni fost il-popli mħarbta mill-gwerra, fil-kwalità tiegħu ta’ president tas-sezzjoni Tedeska tal-“Pax Christi”.
Fl-1967 Pawlu VI sejjaħlu Ruma bħala segretarju tas-Sagra Kongregazzjoni tas-Seminarji u tal-Universitajiet tal-Istudji, u biex ikopri inkarigi oħra impenjattivi fil-Kurja Rumana, li lilha ta, b’ġenerożità instankabbli, servizz kompetenti u eżemplari sa ma ħalliena.
– Il-Kardinal Humberto Medeiros kien mill-Portugal; ta’ ħmostax-il sena, mal-familja, trasferixxa ruħu fl-Istati Uniti tal-Amerka. Kif spiċċa l-formazzjoni tejoloġika tiegħu fl-Università Kattolika ta’ Washington, kien mibgħut Ruma fejn segwa dottorat ieħor fit-tejoloġija. Lura fid-dijoċesi tiegħu ta’ Fall River, żvolġa il-ministeru pastorali f’diversi parroċċi; kien ukoll kanċellier veskovili. Innominat isqof ta; Briwnsville, iddistingwa ruħu għad-difiża tad-drittijiet tal-ħaddiema immigranti u tal-ħaddiema agrikoli. Pawlu VI ttrasferih għas-sedja arċiveskovili ta’ Boston, li fiha l-Kardinal Medeiros iddistingwa ruħu għall-impenn kostanti tiegħu għall-evanġelizzazzjoni u għad-djalogu ekumeniku mad-denominazzjonijiet insara l-oħra.
– Il-Kardinal Terence James Cooke, imwieled fil-Belt ta’ New York. Fl-1968 issuċċieda lill-Kardinal Spellman fit-tmexxija ta’ dik l-arċidijoċesi vasta statinutensi li fiha ffaċċja l-problemi multipli u gravi umani, soċjali u spiritwali ta’ dik il-metropoli mmensa, li fiha jgħixu razez differenti.
Milqut, fil-milja tal-qawwa tal-attività pastorali tiegħu, minn marda nkurabbli, b’kuxjenza sħiħa ta’ nisrani, ta’ saċerdot u ta’ Isqof magħqud mas-salib ta’ Kristu; ftit jiem qabel mewtu kitibli: “Inkompli nofri talbi u tbatijieti f’għaqda masSalvatur tagħna għall-Qdusija Tiegħek, għall-Knisja universali u b’mod partikolari għall-Poplu ta’ Allat al-arċidijoċesi ta’ New York u ta’ Vikarjat Jastrensi. Nitlob b’mod partikolari għall-kawża li hija b’mod profond għall-qalb il-Qdusija Tiegħek: is-sagralità tal-ħajja umana u l-bżonn li niddefendu lill-esseri umani kollha, speċjalment lit-trabi li għadhom ma twildux, f’kull waqt, mill-konċepiment sal-mewt”. Mar jiltaqà mal-mewt b’fidi u serenità kbira.
– Il-Kardinal Alexandre Charles Renard, tad-dijoċesi ta’ Lille. Imżejjen, barra minn tjieba tal-qalb kbira, minn intelliġenza vivaċi u ċara miftuħa b’mod partikolari għall-problemi tar-rapporti bejn kultura u kristjaneżmu, għallem fl-Università Kattolika ta’ dik id-dijoċesi u kien imbagħad maħtur direttur tal-attivitajiet dijoċesani.
Isqof l-ewwel ta’ Versailles, fl-1967 fkien mgħolli għas-sedja ta’ Lyon, li fiha ħadem biex iwettaq l-indikazzjonijiet tal-Konċilju Ekumenuku Vatikan II, li fih kien ħa sehem billi offra kontribut interessanti frott tat-tħejjija letterarja vasta, filosofika u tejoloġika. Iffavorixxa s-sehem tal-lajkat għall-evanġelizzazzjoni u ppromwova l-użu tal-istrumenti tal-komunikazzjoni soċjali.
3. It-talb tagħna ta’Sufraġju, imbagħad jogħla ‘l fuq, minbarra għal ħutna Kardinali wkoll għall-Konfratelli fl-Episkopat li l-Mulej sejjaħ għandu. Waqt li nfakkruhom kollha, ejjew inħossu b’intensità partikolari l-qawwa rasseneratriċi tal-kelma ta’ Alla, li għadna kemm smajna xhieda tagħha. Aħna nemmnu bil-qawwa kollha tal-ispirtu tagħna li “l-erwieħ tal-ġusti . . . huma f’idejn Alla, u l-ebda tbatija ma tilħaqhom . / . .. Waea ftit ta’ tbatija / jiksbu ġid kbir, / għax Alla ġarrabhom u sabhom tajbin għalih: / bħad-deheb fin-nar ġarrabhom / u laqagħhom bħala vittma maħruqa kollha għalih”” (Għerf 3, 1. 5-6).
U l-kliem tal-Appostlu Pawlu assigurana li “fit-tama konna salvati” (Rm 8, 24). Aħna wlied Alla, wlied fl-Iben! Aħna werrieta ta’ Alla, kowerrieta ta’ Kristu; is-sehem tagħna tul il-kors ta’ ħajjitna terrena, fit-tbatijiet ta’ Ġesù huwa l-kapparra tas-sehem fil-glorja tiegħu ta’ Rxoxt!
Huwa dan li jirrivelala Kristu fis-silta tal-Vanġelu ta’ San Ġwann: ir-rieda tal-Missier ċelesti hija li “kulmin jara l-Iben u jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem; u jiena nqajmu fl-aħħar jum” (Ġw 6, 40).
B’din ir-riferenza mdawla u konfortanti għall-qawmien mill-imwiet finali, iggarantit mill-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu, aħna nafdaw fl-imħabba infinita ta’ Alla l-erwieħ ta’ Ħutna Kardinali li ħallewna, sabiex jagħtihom li jagħmlu parti għall-eternità kollha mill-Knisja ċelesti.
Amen!
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb