Il-Bieb tal-Ġublew huwa Ġesu

Fil-messaġġ tiegħu ‘Urbi et Orbi’ ta’ Jum il-Milied, il-Papa jgħidilna li Ġesu’ permezz tat-twelid tiegħu għadu jagħtina messaġġ importanti llum: “Jien inħobbok, jien naħfirlek, ejja lura għandi, il-bieb ta’ qalbi dejjem miftuħ għalik.” Il-bieb tal-qalb ta’ Alla dejjem miftuħ. Alla dejjem lest li jaħfrilna!

il-Papa jirreferi għall-Bieb tal-Ġublew li nfetaħ propjament f’lejliet il-Milied. Dak il-Bieb huwa Ġesu, li dejjem lest li jilqagħna għandU. U dan il-Bieb huwa dejjem miftuħ. Il-Papa jgħid li permezz ta’ Ġesu’ ma hemmx firda li ma tistax titfejjaq. Imma ħafna drabi aħna nibqgħu fuq l-għatba ta’ dan il-Bieb, beżgħana li nagħmlu l-pass meħtieg għar-rikonċiljazzjoni.

Il-Papa hawnhekk jiftakar fl-Ukrajna, fil-Lvant Nofsani, u f’ħafna pajjiżi oħra li qed iġarrbu diversi kunflitti, u jagħmel appell imqanqal għall-paċi u d-djalogu. Ġesu’ qed jistenniena fuq l-għatba tal-Bieb! F’dan is-sens il-Ġublew huwa żmien ta’ grazzja li jistedinna għall-maħfra u għall-azzjonijiet konkreti ta’ solidarjeta’ speċjalment ma’ min hu batut. Ejjew niftħu l-bieb ta’ qalbna għall-oħrajn bħalma Ġesu’ fetaħ qalbu għalina! Dan hu l-appell imqanqal li jagħmlilna l-Papa llum.

Tista’ tara dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0LUPUiSbyvPgkcWwZqNYNDc3oRpvvWSi1wKf73ukPYoQrLagcYEEvoAQReMjpEBKSl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading