1. Il-Qalb li Tħobb

Il-Qalb li tagħti lilha innifisha. Nitolbu għall-vokazzjonijiet

Is-sena 2025 tfakkar l-anniversarju mit-350 sena mid-dehriet tal-Qalb ta’ Ġesù lil Santa Margerita f’Paray-le-Monial (Franza) u għalhekk in-Network Dinji ta’ Talb mal-Papa (l-Appostolat tat-Talb) qed jaħseb biex jimmarka dan l-avveniment f’Malta bi 3 proposti ta’ talb ta’ adorazzjoni għall-parroċċi tagħna fl-ewwel 3 ġimgħat fix-xahar ta’ Ġunju. (Il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù se tkun ir-raba’ Gimgħa).

It-temi li ser nipproponu huma :
1. Il-Qalb li Tħobb;
2. Il-Qalb Muġugħa;
3. Il-Qalb li Tittama.

Dawn it-temi ser ikunu ċċentrati fuq l-ispiritwalità tal-Qalb ta’ Ġesù.

Ir-Radd tas-salib

Illum ser naħsbu ftit dwar il-Qalb ta’ Ġesu’ li tagħti lilha innifisha.

Nidħlu fil-preżenza t’Alla billi noqogħdu fis-skiet u permezz ta’ din is-song.

Innu: https://www.youtube.com/watch?v=JiWgKmP_vZA

How Lovely is your dwelling place

Himig Heswita

How lovely is your dwelling place,
O Lord mighty God, Lord of all
How lovely is your dwelling place,
O Lord mighty God, Lord of all

Even the lowly sparrow finds a home for her brood
And the swallow a nest for herself
Where she may lay here young
In your altars my king and my God

How lovely is your dwelling place,
O Lord mighty God, Lord of all

Blessed are they whose dwelling
Is Your own Lord of peace
Blest are they refreshed by springs and by rain
When dryness daunts and scathes
Behold my shield
My king and my God!

How lovely is your dwelling place,
O Lord mighty God, Lord of all

I would forsake a thousand
Other days anywhere
If I could spend one day in Your
Courts belong to you alone
My strength are You alone
My glory, my King and my God!

How lovely is your dwelling place,
O Lord mighty God, Lord of all

Grazzja: Nitlob il-grazzja li nagħraf dejjem aktar kif nista’ nagħti lili innifsi fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum bħalma Ġesu’ dejjem fittex li jagħti lilu innifsu. 

Sabiex tgħinnha fil-meditazzjoni tagħna, ejjew naqraw silta mill-Vanġelju ta’ San Mattew 4, 18-22.

Ġesù jsejjaħ erba’ sajjieda

(Mk 1,16-20Lq 5,1-11)

18Huwa u jdur max- xatt tal-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. 19U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.” 20U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

21Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejħilhom. 22Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.

Ħin ta’ skiet

Nisimgħu x’jgħidilna il-Papa fl-enċiklika Dilexit Nos:

215 Ġesù qed isejjaħlek u jibgħatek biex jinxtered il-ġid fid-dinja tagħna. Is-sejħa tiegħu hija waħda ta’ servizz, stedina biex tagħmel il-ġid, forsi bħala tabib, omm, għalliem/a jew qassis. Fejn tinsab, tista’ tisma’ s-sejħa tiegħu u tirrealizza li qed jibgħatek biex twettaq missjoni. Hu stess qalilna, “Qed nibgħatkom” (Lq 10:3). Hija parti mill-ħbiberija tagħna miegħu. Madankollu, biex din il-ħbiberija timmatura, huwa f’idejk li tħallih jibgħatek fuq missjoni f’din id-dinja, u li twettaqha b’kuraġġ, ġenerożità, liberta’ u mingħajr biża’. Jekk tibqa’ maqbud/a fiż-żona tal-kumdità tiegħek, qatt ma ssib sikurezza vera; dubji u biżgħat, dwejjaq u ansjetà dejjem jibqgħu jheddu fuq ix-xefaq. Dawk li ma jwettqux il-missjoni tagħhom fuq din l-art ma jsibu l-ebda ferħ, imma diżappunt. Qatt tinsa li Ġesù huwa miegħek f’kull pass tal-vjaġġ. Hu qatt ma jitfgħek fl-abbiss, jew iħallik għal rasek. Dejjem ikun hemm biex iħeġġek u jakkumpanjak. Huwa wiegħed, u jagħmel dan: “Għax jien magħkom dejjem, sa tmiem iż-żmien” (Mt 28:20).

Storja. 

Olivia kellha trobbija reliġjuża li kienet tapprezza ħafna.  Kienet tħossha miġbuda lejn il-ħajja ta’ Ġesu’, pero qatt ma ħasbet li l-ħajja reliġjuża kienet għaliha peress li kienet tħobb toħroġ ma’ sħabha, speċjalment sal-Belt.  Kien proprju f’wieħed minn dawn l-okkażjonijiet li Olivia ltaqgħet ma’ William, permezz ta’ ħbieb komuni. Mill-ewwel ħassew rabta bejnithom, u għal xi żmien bdew joħorġu flimkien. Maż-żmien, Olivia bdiet tħares lejn William bħala xi ħadd li forsi tista’ tibni ħajja miegħu. Però, kien hemm ħaġa waħda li ma setgħetx tinjoraha: ġewwa qalbha, spiss kienet tħoss nuqqas ta’ paċi.

B’hekk bdiet tistaqsi lilha nnifisha jekk din kinitx tassew is-sejħa li Alla kellu għal ħajjitha. Meta bdiet titlob iktar u tqatta’ ħin fis-skiet, Olivia bdiet tinnota li meta kienet taħseb f’ħajja differenti, speċjalment ħajja dedikata għal Alla, qalbha kienet timtela b’sens ta’ faraġ u paċi profonda. Kull darba li kienet tmur il-Knisja u toqgħod quddiem l-altar tal-Qalb ta’ Ġesù, kienet tħoss il-preżenza ta’ mħabba liema bħalha.

Din l-esperjenza bdiet issir dejjem aktar ċara. Kull darba li kienet tikkunsidra l-possibbiltà li tiddedika ħajjitha totalment lil Alla bħala soru, Olivia kienet tħoss dak il-faraġ spiritwali jirritorna b’qawwa. Kultant, il-ħsieb kien jiġi u jmur, iżda meta kienet quddiem il-Qalb ta’ Ġesù, dejjem kienet terġa’ tħoss dik il-paċi ġewwiena.

Maż-żmien, bdiet issir aktar ċerta li dan kien is-sejħa tagħha. Qabel għamlet xi deċiżjoni, Olivia talbet għall-għajnuna ta’ direttur spiritwali. Għal xhur sħaħ għamlet dixxerniment bir-reqqa, titlob u taħseb dwar din it-triq. Kien hemm mumenti ta’ dubju, iżda kull darba li kienet tmur fis-skiet quddiem l-altar tal-Qalb ta’ Ġesù, kienet issib il-kuraġġ u s-serħan meħtieġ biex timxi ’l quddiem.

Fl-aħħar, Olivia ddeċidiet li taċċetta din is-sejħa u tidħol fil-ħajja reliġjuża. Il-paċi li ħasset meta għamlet din id-deċiżjoni kienet kbira ħafna. Issa, kienet ċerta li Alla kien qed isejħilha biex tgħix ħajja ta’ mħabba totali, mogħtija għalih u għall-oħrajn. B’qalb mimlija ferħ u serenità, bdiet it-triq lejn il-ħajja reliġjuża, lesta biex tagħti ħajjitha kollha lil Alla.

Mistoqsijiet għar-riflessjoni

  • Insib ħin li noqgħod quddiem Ġesu’ Sagramentat? Hemm xi ħaġa li qed iżżommni milli nagħmel dan?
  • X’inhuma l-affarijiet/persuni li inħossni grata għalihom f’ħajti? Inħoss l-id t’Alla fihom/permezz tagħhom?
  • F’dan il-mument, xi inħoss li huma l-affarijiet li inħoss li Alla jixtieqni niddedika ħini għalihom?
  • Min huma in-nies li jistgħu jgħinuni meta insibha diffiċli li nagħraf x’inhi ir-rieda t’Alla fil-preżent?
  • Kif nista’ noffri il-ħajja tiegħi, ir-rutina tiegħi, għal glorja ta’ Alla?

Ħin fis- silenzju

Talb

  • Nitolbu għal vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi, sabiex l-Ispirtu ta’ Alla iqanqal iktar nies ġenerużi li lesti jagħtu ħajjithom għas-servizz mogħti totalment lil Alla.
  • Nitolbu għas-saċerdoti, sabiex ma jaqtgħux qalbhom fil-ħidma fejjieda tagħhom li jwasslu lil Kristu man-nies li jiltaqgħu magħhom fil-ħidma tagħhom.
  • Nitolbu għar-reliġjużi, kemm sorijiet u kemm patrijiet, sabiex il-ħajja komunitarja tkun ta’ sostenn għalihom u ta’ eżempju għalina ta’ kif għandha tkun l-imħabba fraterna. 
  • Nitolbu għal familji, sabiex l-ġenituri ikunu xempju ta’ l-imħabba trinitarja kemm għal ulied u kemm għas-soċjeta’.
  • Nitolbu għal lajċi impenjati fil-Knisja sabiex il-Mulej itihom is-saħħa sabiex ikomplu jaħdmu b’ġenerożita’ fl-għalqa tal-Mulej. 
  • Nitolbu għall-insara kollha sabiex permezz tal-ħidma tagħhom fuq il-postijiet tax-xogħol jagħrfu iwasslu lil Kristu permezz ta’ l-eżempju tagħhom. 
  • Nitolbu talba ġewwa qalbna dwar il-bżonnijiet tagħna f’dan il-mument. 

Fl-aħħar:  https://www.youtube.com/watch?v=I0f4NI4zgek

The things we leave behind

Michael Card

There sits Simon, so foolishly wise
Proudly he’s tending his nets
Then Jesus calls and the boats drift away
And all that he owns he forgets

But more than the nets he abandoned that day
He found that his pride was soon drifting away
And it’s hard to imagine the freedom we find
From the things we leave behind

Matthew was mindful of taking the tax
And pressing the people to pay
But hearing the call, he responded in faith
And followed the Light and the Way

Leaving the people so puzzled he found
The greed in his heart was no longer around
And it’s hard to imagine the freedom we find
From the things we leave behind

Every heart needs to be set free
From possessions that hold it so tight
‘Cause freedom’s not found
In the things that we own
It’s the power to do what is right
With Jesus, our only possession
And giving becomes our delight
And we can’t imagine the freedom we find
From the things we leave behind

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading