Ġwanni Pawlu II lill-kardinali u kollaboraturi oħra tas-Santa Sede

LAQGĦA MAL-KULLEĠĠ TAL-KARDINALI, MAL-KOLLABORATURI TAL-KURJA RUMANA U TAD-DIVERSI AMMINISTRAZZJONIJIET TAS-SANTA SEDE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika Vatikana
Il-Ħamis, 28 ta’ Ġunju 1984

“Xmun bin Ġwanni, tħobbni int? . . . Irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-nagħaġ tiegħi . . . Ejja warajja!” (Ġw 21, 15ss.).

Ħuti Kardinali,
ħuti meqjuma fl-Episkopat u fis-saċerdozju,
ħuti rġiel u nisa tal-Kurja Rumana!

1. Il-kliem tal-Vanġelu, mismugħ f’dan il-waqt ta’ talb bi tħejjija għas-sollennità tal-qaddisin appostli Pietru u Pawlu, li tara miġburin madwari lilkom ilkoll, għeżież kollaboraturi tal-ministeru ta’ kuljum tiegħi, jolqotna fil-profond ta’ qalbna. Hawn, dan jidwi b’eku inkomparabbli, li jiġri bħal ragħda mill-fibri kollha tagħna: ninsabu fuq il-qabar ta’ Pietru, mhux bogħod mill-istess post fejn seħħet dik il-mewt, li biha hu gglorifika lil Alla (cf. Ġw 21, 19). Hawn titkellem bl-elokwenza tagħha kollha x-xhieda estrema tal-imħabba ta’ Pietru għal Kristu Ġesù, Hawn, il-kontinwità tal-Knisja tal-oriġni ma’ dik, li issa tinsab fuq l-għatba tat-tielet millennju, issib l-ħolqa tagħha tal-għaqda, il-garanzija ta’ fedeltà u ta’ awtentiċità, is-sikurezza ta’ tqegħid dejjem fuq l-istess blata,  mixtieqa minn Kristu u sies tal-Knisja tiegħu.

Għalhekk ridt li din il-laqgħa sinifikattiva tagħna – laqgħa ta’ mħabba reċiproka, ta’ riflessjoni, ta’ inkuraġġiment – issir ukoll din is-sena fil-bażilika Vatikana”. Is-sena l-oħra, fl-okkażjomi taċ-ċelebrazzjoni komunitarja sollenni għall-Ġublew tas-Sena tar-Redenzjoni; fi kwadru ta’ ġabra, bi tħejjija għas-sollennità liturġika, li ridna  ngħixu f’għaqda mal-Knisja kollha universali, imma li nħossuha b’mod partikolari tagħna.

Grazzi għaliex ġejtu. Grazzi lilek, sinjur Kardinal dekan, għal kliemek dejjem nobbli li bih interpretajt is-sentimenti tal-konfratelli kardinali u ta’ dawk kollha preżenti.

2. Il-laqgħa – issa tradizzjonali lejlet is-sollennità tal-qaddisin Pietru u Pawlu – bejn il-Papa u l-kollaboraturi mill-qrib tiegħu fil-qasam tal-Kurja Rumana, tal-Vikarjat ta’ Ruma, tal-amministrazzjonijiet differenti tas-Santa Sede u tal-governorat għall-Belt tal-Vatikan, għandu għalija sinifikat partikolari, li lilu nattribwixxi importanza kbira: infatti huwa possibli għalija kemm li nesprimilkom r-rikonoxxenza tiegħi, kif ukoll nikkonslakom fit-twettiq ta’ dmir, uniku fl-issettjar tiegħu, meta dak li jkun iqis il-viċinanza tiegħu mas-sedja ta’ Pietru u l-kontribut  li jagħti lill-ministeru petrin, mogħti lili b’mandat suprem.

Effettivament, l-organizzazizjoni ċentrali tal-Knisja, permezz tal-organiżmi diversifikati tagħha kollha, hija strument indispensabli għall-Papa fit-tmexxija ‘l quddiem tal-piż enormi ta’ dan il-ministeru. U ladarba dan iħaddan l-ħajja kollha tal-Knisja, fl-obbligu misterjuż tal-“Confirma fratres” (Lq 22, 32) afdat lil Pietru u lis-suċċessuri tiegħu, l-attività tagħkom fil-Kurja Rumana u fl-amministrazzjonijiet differenti ċentrali tas-Sede apostolika  jestendu għal dimensjoni wiesgħa daqs kemm hi l-Knisja nfisha. Intom infatti tgħinuni fi dmiri ta’ ragħaj, dirett għall-ġid tal-erwieħ u għall-komunjoni tal-Knejjes lokali fil-karità.

Għal dan ridtkom hawn, maġembi, ħdejn il-qabar ta’ Pietru. Insellmilkom wieħed wieħed; u huwa għażiż għalija li nsejjaħ b’isimhom l-organiżmi ndividwalment, li fihom taħdmu, sabiex hekk tinfirex quddiem għajnejkom il-panoramika kollha tal-ħajja ekkleżjali, li għaliha s-Sedja ta’ Pietru tindirizza l-interess tagħha. Intom dirgħajja: ilkoll flimkien u kull wieħed minnkom individwalment.

Għalhekk insellem b’imħabba partikolari lir-responsabbli, lill-uffiċjali u lill-koperaturi tal-komponenti differenti ta’ dan il-korp ħaj li huwa l-Kurja Rumana:  Sinodu tal-isqfijiet; segreterija tal-Istat u Kunsill għall-affaeijiet pubbliċi tal-Knisja; Kongregazzjoni għad-duttrina tal-fidi, għall-isqfijiet, għall-Knejjes orjentali, għas-sagramenti, għall-kult divin, għall-kleru, għar-reliġjużi u l-istituti sekulari, għall-evaġelizzazzjoni tal-popli, għall-kawżi tal-qaddisin, għall-edukazzjoni kattolika; Penitenzjerija apostolika, Senjatura apostolika, Rota Rumana;  segretarjati għall-għaqda tal-insara, għal dawk li ma jemmnux; kunsill għal-lajċi, kummissjoni “Iustitia et pax”; għall-interpretazzjoni awtentika tal-Kodiċi tad-dritt kanoniku, għar-reviżjoni tal-Kodiċi tad-dritt kanoniku orjentali; għall komunikazzjonijiet soċjali għall-Amerika Latina; għall-pastorali tal-migrazzjoni  tat-turiżmu; kunsill “Cor unum”, Kunsill għall-familja, Kunsill għall-Kultura; Kummissjoni tejoloġika internazzjonali, bibblika, ta’ arkejoloġija sagra, Kumitat tax-xjenzi storiċi, Kummissjoni għall-arkivji ekkleżjastiċi tal-Italja, Kummissjoni ċentrali għall-arti sagra fl-Italja, Kummissjoni Kardinalizja għas-santwarji ta’ Pompei, Loreto u Bari; Kamra apostolika, Prefettura tal-affari ekonomiċi tas-Santa Sede; amministrazzjoni tal-patrimonju tas-Sedja apostolika; Prefettura tad-Dar Pontifiċja; Uffiċċu għaċ-ċerimonji pontifiċji, Servizz assistenzjali. Uffiċċju għar-rapporti mal-personell. Fabbrika ta’ San Pietru, Biblijoteka apostolika vatikana, Arkivju sigriet tal-Vatican. Insellem lill-Vikarjat ta’ Ruma, għas-servizz pastorali dirett lid-dijoċesi tiegħi, bħall-Vikarjat, il-kummissjoni Pontifiċja u l-governorat għall-Istat tal-Belt tal-Vatikan; u, barra Ruma, imma marbuta strettanent ma din il-Katedra ta’ Pietru b’fiżjonomija unika u partikolari, il-ħsieb tiegħi imur għan-nunzjaturi u d-delegazzjonijiet apostoliċi fil-latitdjunijiet kollha tad-dinja, li jirrapreżentawni fil-Knejjes lokali u l-awtoritajiet  tad-diversi Stati b’fiżjonomija unika ta’ servizz u kollegament bejn din is-Sedja ta’ Pietru u l-popli differenti tad-dinja  .

Ridt nelenka lil kulġadd, mhux biss bi dmir ta’ korteżija, imma propju għaliex, fli ssemmi biss d-diversi partijiet ta’ din l-istruttura organika u kumplessa, li llum tinsab miġbura madwari fit-talb, huwa offrut kwadru elokwenti tal-attivitajiet u attenzjonijiet tal-Knisja, ta’ dak kollu li jifforma ħajjitha, li lejh tidderiċi l-attenzjoni tal-minisreru Petrin.

Il-“ministeru petrin” huwa servizz lill-fidi

3. Il-Vanġelu li flimkien smajna b’emozzjoni, ifakkarna l-linji ewlenin ta’ dan il-ministeru. Dawn huma mmarkati mill-kliem ta’ Ġesù ta’ Nażżaret, il-Verb tal-Missier: “Xmun bin Ġwanni. Tħobbni int?”: tliet darbiet tidwi din il-mistoqsija, li tħawwad b’intensità progressiva lil Pietru. “Irgħa il-ħrief tiegħi, in-nagħaġ tiegħi”: u tliet darbiet jidwi dan il-mandat universali ta’ attenzjoni pastorali għall-Knisja kollha, afdat lil Pietru wara l-istqarrija tripla tiegħu ta’ mħabba. “Ejja warajja!”, din hija l-konklużjoni: stedina biex ma jieqaf fuq ebda konsiderazzjoni oħra li ma tkunx dik tar-rieda divina, li ssejjaħ ukoll sal-martirju. Jekk nistedinkom biex tirriflettu fuqha, huwa għaliex f’dan il-kliem l-attività tagħkom ukoll issib il-post veru tagħha fis-sinifikat profondament u sostanzjalment ontoloġiku u tejoloġiku tiegħu, u fil-prospettiva eskatoloġika.

a) “Tħobbni?”. “Int taf li nħobbok”. Il-ministeru petrin huwa essenzjalment ministeru ta’ mħabba, servizz ta’ mħabba, bħala tweġiba għall-imħabba eterna u ħanina ta’ Alla, li bħal f’vertikali diretta turi ruħha lill-bnedmin fl-Iben inkarnat,  tbattlet fi qlubhom mad-don tal-Ispirtu Santu (cf. Rm 5,5), ġabret il-Knisja tiegħu mill-popli kollha tad-dinja, billi għamlitha tistrieħ fuq il-blata li hi Pietru. Li nservu dan il-pjan ta’ mħabba huwa att, dmir ta’ mħabba: “. . . Sit amoris officium, pascere dominicum gregem!” (“Huwa dmir ta’ mħabba tirgħa l-merħla tal-Mulej”: S. Augustini, In Ioannis Evangelium, 123, 5: PL 35, 1967).

b) “Irgħa l-ħrief tiegħi”. Il-ministeru petrin huwa interess pastorali lejn il-Knisja kollha: l-għamar ta’ Kristu; “Irgħa”, agħmel ħaġa waħda bil-: “Wettaq ta’ ħutek” mil-lejla tal-aħħar Ċena (Lq 22, 32), u, iktar lura, bil-kliem ta’ Ċesarea ta’ Filippu: “Inti Pietru u fuq din il-blata se nibni l-Kbisja tiegħi . . . Lilek se nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet”” (Mt 16, 18-19). Dan hu servizz.

– Servizz lill-bniedem: għaliex il-vertikali li mill-qalb ta’ Alla Missier jinżel permezz ta’ Kristu sal-investitura mogħtija lil Pietru għall-Knisja, hija diretta unikament għall-bniedem: għas-salvazzjoni tal-bniedem, imwettqa mir-redenzjoni, għall-integralità tal-bniedem, li jgħix u jopera bħala persuna individwali. imma mdaħħla fl-istruttura soċjali ta’ familja, xogħol professjonali, soċjetà ċivili; għall-espansjoni libera tal-bniedem, li għandu lħabrek għad-destini eterni tiegħu fil-konvivenza fost il-popli, assikurata mill-paċi, li hija l-“qbil ordnat fost il-bnedmin” (S.Augustini, De Civitate Dei, 19, 13,1: PL 41, 640; cf. S. Thomae, Summa contra Gentes, III, 128, 3003).

– Servizz għall-għaqda tal-Knisja, għaliex il-ministeru ta’ Pietru huwa garanzija ta’ stabiltà u ta’ koeżjoni għall-Knisja kollha, u tar-rabta intima li teżisti mar-rgħajja ndividwali għall-ġid tal-poplu ta’ Alla. Kif enfasizza il-Vatikan II, :sabiex l-episkopat ikun wieħed u mhux mifrud, (Kristu) ppropona lill-appostli l-oħra lil Pietru u fih stabilixxa l-prinċipju u s-sies perpetwu u viżibbli tal-għaqda tal-fidi u tal-  komunjoni” (Lumen Gentium, 18). “Unus pro omnibus, quia unitas est in omnibus” (“wieħed biss – Pietru – huwa fil-post ta’ kollha, sabiex l-għaqda teżisti f’kulħadd i”), kien ikkummenta grafikament Santu Wistin (S. Augustini, In Ioannis  Evangelium, 118, 4: PL 33, 1949).

– Servizz lill-fidi, kif jenfasizza San Pietru Crisologu: “Beatus Petrus, qui in propria sede et vivit et praesidet, praestat quaerentibus fidei veritatem” (“Il-Beatu Pietru, li jkompli jgħix u jiggverna fis-Sedja tiegħu, jirregala l-verità tal-fidi lil dawk li jfittxuha”:: S. Petri Chrysologi, Ad Eutichem, inter epistolas Leonis Magni, 25, 2: PL 54, 743s.). Fermament konxju tal-bżonn ta’ dan is-servizz, il-predeċessur tiegħi Ġwanni XXIII kien xtaq “qawmien mill-ġdid ta’ fidi qawwija u tħeġġeġ; l-għarfien sħiħ tat-tagħlim nisrani kollu minn l-ewwel sal-aħħar artiklu tal-Kredu, fedeltà dejjem iktar attiva lejn Kristu, Bin Alla magħmul bniedem” (Ioannis XXIII, Allocutio in audientia generali habita, die 6 aug. 1960 : Discorsi Messaggi Colloqui, II [1960] 733); u Pawlu VI ipproklama quddiem il-Knisja kollha “il-Kredu tal-Poplu ta’ Alla”, bħala konklużjoni tas-sena tal-fidi (Pauli VI, «Professio Fidei» Populi Dei, die 30 iun. 1968: Insegnamenti di Paolo VI, VI [1968] 292-310).

c) Ejja warajja. Jekk il-ħajja tal-insara kollha hija mixja wara Ġesù Kristu, din hija prerogattiva, dmir u program ewlieni tal-ministeru petrin. Pietru tassew segwa lil Kristu. L-istorja personali tiegħu kienet b’mod straordinarju mmarkata minn vokazzjoni doppja, u dan huwa fattur distintiv ieħor li jiddistingwih mill-appostli l-oħra: infatti Ġesù jsejjaħlu, kemm fil-bidu tal-missjoni messjanika propja, kif jirrapporta l-Vanġelu ta’ Luqa: “Minn issa ‘l quddiem se tkun sajjied tal-bnedmin” (qc 5, 10), kif ukoll fit-tmiem tagħha b’sejħa singulari, fil-kliem tar-rabà Vanġelu, li llum smajna flimkien. U Pietru, fiż-żewġ każi, isegwu lil Ġesù, billi jafda fih pjenament, sa ma li jazzarda lejn il-mhux magħruf, dejjem immexxi minn dik is-sejħa doppja, sa ma wasal Ruma li tagħha kien l-ewwel Isqof, u fejn ta x-xhieda estrema tad-demm fuq din l-għolja Vatikan.

Edukazzjoni kattolika u dmir tal-Knisja

4. Meqjuma ħuti u għeżież uliedi.


Fi kliemi lilkom dwar il-ministeru petrin, enfasizzajt, fost l-oħrajn, li dan huwa  servizz lill-fidi. F’din il-prospettiva, li tikkaraterizza x-xogħol komuni tagħna, irrid niftħilkom qalbi dwar argument, li huwa għal qalbi b’mod partikolari: dan huwa l-kwistjoni tal-edukazzjoni kattolika taż-żgħażagħ. Dan jinteressa espressament, huwa minnu, id-dikasteru li jokkuupa l-edukazzjoni kattolika, imma jmiss mill-qrib lilna lkoll kemm aħna, isqfijiet u saċerdoti u reliġjużi rġiel u nisa, li jridu jaġixxu b’mod intens il-waqt preżenti, bl-isfidi kollha li dan jimponi; imiss mill-qrib lilkom, lajċi, missirijiet u ommijiet ta’ familja, li l-problema ewlenija tagħkom hija propju dik tal-formazzjoni nisranija ntegrali, li tridu tagħtu lil uliedkom. Il-kwistjoni mela mhix barranija, f’dan id-dawl ta’ fidi, għal ħadd minna, li naħdmu għall-ħajja tal-Knisja fid-dinja, u f’sintonija u għas-servizz tal-Knejjes lokali ndividwali. U appuntu l-episkopati ta’ Pajjiżi differenti huma mpenjati huma stess għad-diffikultajiet relatati mal-edukazzjoni nisranija taż-żgħażagħ, li f’dawn l-aħħar snin għaddejjin minn waqt delikat. L-isqfijiet jaħdmu, jaħlu enerġiji u riżorsi fuq il-kwistjoni, li tinvolvi aspetti differenti, u jistennew kelma fuq il-prinċipji, li jirregolawha għall-ġid tal-komunità ekkleżjali u ċivili.

L-edukazzjoni kattolika ta-żgħażagħ timponi l-Knisja quddiem responsabiltà multipla, li testendi ruħha qabelxejn għall-katekeżi evanġelizzatriċi, li tinkludi wkoll it-tagħlim reliġjuż fl-iskola, ukoll pubblika, fl-aħħar fl-iskola kattolika bħala post ta’ edukazzjoni nisranija u ta’ formazzjoni ntegrali tat-tifel u taż-żagħżugħ taħt is-sinjal tal-fidi u ta’ viżjoni tal-bniedem u tad-dinja li għaliha jispira u li lilha ma jmerix. Dan kollu fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-ġenituri, l-ewwel responsabbli tal-edukazzjoni tal-ulied, u f’korrispondenza tal-missjoni speċifika tal-Knisja.

Ma jkunx inopportun li nieqfu fuq il-prinċipji li għandhom isostnu ħajja l-kuxjenza ta’ din il-problema fid-dinja tallum, quddiem id-diffikultajiet multipli li hawn u hemm ippreżentaw ruħhom u li fuqhom mhux possibbli żżomm l-għajnejn magħluqin u żżomm sieket.

5. Il-katekeżi hija realtà wiesgħa u onnikomprensiva f’relazzjoni mal-missjoni afdatha minn Kristu lill-Knisja: “Morru u għallmu lill-ġnus kollha” (Mt 28, 19). L-Iben ta’ Alla bagħat l-Appostli biex jgħallmu, u l-Knisja żammet dejjem fidi f’dan l-inkarigu, eżerċitat mill-maġisteru tal-Papa u tal-isqfijiet, b’impenn li mhux kultant talbet ukoll ix-xhieda tad-demm. Il-Knisja tgħallem billi tikkomunika lid-dinja l-kelma tas-salvazzjoni: u f’din il-missjoni, fis-sens strett tagħha, sabu posthom essenzjali kemm ix-xandir tal-bxara t-tajba, jiġifieri l-evanġelizzazzjoni, li tagħha l-predeċessur tiegħi Pawlu VI iddeskriva l-kontenut, il-metodi, il-protagonisti fid-dokument kbir Evangelii Nuntiandi, tal-1975, kemm il-katekeżi fil-forom kollha tagħha, kif ukoll tkellem is-Sinodu u l-eżortazzjoni tiegħi Catechesi Tradendae, b’mod partikolari fit-tħejjija tas-sagramenti.

Dritt tat-twelid li tgħallem lill-bnedmin kollha

Għalhekk il-Knisja għandha d-dmir u d-dritt nattiv li tgħallem lill-bnedmin kollha, il-verità rivelata, kif kien ikkomfermat b’mod ċar ukoll mill-Kodiċi l-ġdid tad-dritt kanoniku (Codex Iuris Canonici, can. 747 § 1), li ddedikat il-ktieb III lill-problemi relatati lill-“munus docendi”, afdati lilha minn Kristu. Il-Konċilju Vatikan II wera b’mod estensiv din il-missjoni, prinċipalment fil-kostituzzjoni dommatika dwar il-Knisja, fid-digriet dwar l-uffiċċju pastorali tal-isqfijiet, u fid-dikjarazzjoni dwar il-libertà reliġjuża, “Fost l-uffiċċji ewlenin tal-isqfijiet – huwa miktub fil-Lumen gentium – teċċella l-predikazzjoni tal-Vanġelu. Infatti, l-isqfijiet huma l-ħabbara tal-fidi, li jwasslu lil Kristu dixxipli ġodda, huma durttiuri awtentiċi, jiġifieri mlibbsa bl-awtorità ta’ Kristu, li jippridkaw lill-poplu affdat  il-fidi li jrid jemmen u jimplika fil-prattika tal-ħajja, u jillustrawha fid-dawl tal-Ispirtu Santu” (Lumen Gentium, 25; cf. Christus Dominus, 12; Presbyterorum Ordinis, 4).

Il-Knisja m’għandhiex għalhekk issib ostaklu fl-eżerċizzju ta’ dan id-dmir primordjali, mitlub, fuq kollox, mill-aspirazzjoni oriġinarja tal-bniedem lejn it-tiftix tal-verità: dan mela jidħol mill-ġdid fil-kwadru ġenerali tar-rispett tal-libertà reliġjuża.

6. Il-kwistjoni tal-edukazzjoni kattolika jinkludu mbagħad, kif għidt, it-tagħlim reliġjuż fil-kwadru iktar ġenerali tal-iskola, kemm jekk kattolika kif ukoll statali. Għal tali tagħlim għandhom dritt il-familji tal-kredenti, li għandhom ikollhom il-garanzija li l-iskola pubblika – propju għaliex miftuħa għal kulħadd – mhux biss ma tqiegħedx fil-periklu l-fidi ta’ wliedhom, anzi imma tkompli, b’tagħlim adegwat reliġjuż, il-formazzjoni integrali tagħhum  .

Dan il-prinċipju għandu jkun inkwadrat fil-konċett tal-libertà reliġjuża u tal-Istat tassew demokratiku,  li bħala tali, jiġifieri b’rispett tan-natura l-iktar profonda u vera tiegħu, iqiegħed lilu nnifsu għas-servizz taċ-ċittadini, taċ-ċittadini kollha, b’rispett tad-drittijiet tagħhom u tal-konvinzjonijier reliġjużi tagħhom.

F’dan ir-rigward ta’ prinċipji reliġjużi, filosofiċi, politiċi, dan it-tagħlim jiġi meqjus dritt: dritt tal-familji kredenti, dritt taż-żgħażagħ maskili u femminili li jridu jgħixu u jipprofessaw il-fidi tagħhom; u dan, f’kull ġrneru ta’ skola, ukoll f’dik li ma tilqax l-istanzi tal-edukazzjoni kattolika, propji tal-Knisja. Skola, infatti, li trid tkun tassew denja ta’ dan l-isem, trid tagħti spazju u toffri d-disponabiltà tagħha lill-istanzi taċ-ċittadini, bil-fehim u l-kollaborazzjoni tad-denominazzjonijiet interessati.

Skola kattolika u “missjoni feddejja” tal-Knisja

7. Fit-tema wiesgħa tal-evanġelizzazzjoni u tal-missjoni afdata lill-Knisja għall-edukazzkoni kattolika taż-żgħażagħ, tidħol imbagħad il-kwistjoni tal-iskola kattolika, li preċiżament minn dik tieħu l-motivazzjoni propja l-iktar profonda, ladarba preċiżament l-evanġelizzazzjoni tivvalorixxi kull sforz biex tiddefendi u tqawwi l-istituzzjoni u l-funzjoni ta’ tali tip ta’ skola.

Din il-problema hija partikolarment important għalija, għaliex tmiss mill-qrib lill-Knisja, li ma naqsitx li tagħti, diversi drabi, id-direttivi ċari tagħha fis-suġġett. Niftakar l-enċiklika programmatika “Divini illius Magistri”, tal-predeċessur tiegħi Piju XI ta’ memorja meqjuma, u l-interventi varji tal-papiet Rumani, Piju XII, Ġwanni XXIII, Pawlu VI; il-Konċilju Vatikan II iddedikalkom l-attenzjoni tiegħu b’mod speċjali fid-dikjarazzjoni Gravissimum Educationis fil-kwadru generali tal-edukazzjoni nisranija; il-Kongregazzjoni għall-edukazzjoni kattolika ippublikat, fl-1977, dokument espress dwar “L-Iskola kattolika”; ma naqsux linqas l-aċċenni, skont l-okkażonijiet, kemm fid-dokumenti minni ppubblikati. B’mod partikolari fl-eżortazzjonijiet apostoliċi Catechesi Tradendae (Ioannis Pauli PP. II, Catechesi Tradendae, n. 69), e Familiaris Consortio (Eiusdem, Familiaris Consortio, nn. 36-40), kif ukoll fil-vjaġġi pastorali; u kif inhu magħruf, għall-problema nteressat ruħha l-assembleja tal-1980 tas-Sinodu tal-isqfijiet.

Infatti l-iskola kattolika tinserixxi ruħha kompletament fil-“missjoni feddejja” tal-Knisja, kif enfasizza d-dokument diġa msemmi tal-Kongregazzjoni għall-edukazzjoni kattolika (Congregatione pro Institutione Catholica, Schola Catholica, n. 5-9). F’tali prospettiva, il-“munus docendi” tal-Knisja jinkludi min-natura tiegħu ukoll l-forom differenti u l-gradi differenti tat-tagħlim liż-żgħażagħ. L-iskola kattolika mhix intenzjonata li tippreżenta d-duttrina tagħha, fil-kamp tax-xjenza jew tat-teknika  linqas mhi se tagħmel pressjoni ta xi ġeneru: imma hija tipproponi lill-istudenti l-veritaiet li jmissu lill-bniedem, in-natura tiegħu, l-istorja tiegħu, fid-dawl tal-fidi. Il-Vanġelu huwa r-ruħ tal-iskola kattolika, ir-regola ta’ ħajjitha u tad-duttrina tagħha.

L-iskola kattolika trid infatti toffri kull garanzija – u dan huwa prinċipju  li għandu jkun enfasizzat b’qawwa, quddiem ċerti orjentamenti preżenti – biex tkun ġinnasju kemm ta’ formazzjoni nisranija kif ukoll ta’ edukazzjoni ottimali fid-diversi dixxiplini. Din tippreżenta l-idea tal-ħajja u tad-dinja, il-problemi kbar li okkupaw l-ispirtu uman tul il-korsa tas-sekli, skont il-viżjoni nisranija, f’resumè kbir li fih jinġabru d-dati kollha tal-istorja u tal-antropoloġija nisranija.

L-iskola kattolika terġa hekk tilbes aspett primarju ta’ kultura, indispensabbli għall-formazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ kredenti. Anzi, propju dan l-aspett ta’ resumè kulturali universali jirrendiha wkoll plawsibli għalmin ma jaqbilx mal-fidi kattolika.                                                            

Kif nistgħu hawn ma niftakrux il-prestiġju li l-iskejjel kattoliċi għandhom ukoll f’Pajjiżi bi predominanza mhix nisranija, fejn spiss il-maġġoranza taż-żgħażagħ hija ta’ stqarrija jew reliġjon oħra? Dan kollu għandu jġegħlna nirriflettu serjament dwar il-funzjoni ta’ tali istituzzjonijiet, li m’għandhiex tkun imfixkla linqas imnaqqsa, għaliex dawk l-iskejjel jikkontribwixxu għall-formazzjoni serja u koxjenjuża tal-ġenerazzjonijiet futuri tal-Pajjiżi ndividwali. Il-konċett kien ensfasizzat sewwa mid-dokument riċenti tal-Konferenza episkopali Taljana (n. 1): “L-Iskola kattolika llum, fl-Italja”, fejn hija kkonfermatha sa mill-bidu nett: “Il-Knisja hija mibgħuta biex ixxandar u biex tinkarna l-bxara t-tajba li twassal għat-twettiq d-dinjità sħiħa u l-libertà tal-bniedem. Għalhekk, hija minn dejjem attenta u pronta għal dawk l-esperjenzi u istituzzjonijiet, li fihom – kif jiġri fl-skola – tifforma ruħha l-umanità ta’ għada u jieħu forma dak li se tkun id-dinja futura” (Conferenza Episcopale Italiana, La Scuola Cattolica, oggi, in Italia, 1, die 25 aug. 1983).

 Il-Knisja mela għandha d-dritt li jkollha l-iskejjel tagħha. Imma għandha wkoll id-dmir. Dan jiġi b’mod speċjali, mill-“munus docendi” fundamentali tagħha, kemm mill-konvinzjoni tal-utilità kbira li l-iskola kattolika tipprovdi għall- promozzjoni umana u l-progres tal-popli. F’dan il-kontest, il-Vatikan II qal b’mod ċar: “L-iskola kattolika, billi tistà tikkontribwixxi bil-kbir għall-iżvilupp tal-missjoni tal-poplu ta’ Alla u li sservi għad-djalogu fost il-Knisja u l-komunità tal-bnedmin b’vantaġġ reċiproku tagħhom, iżżomm l-importanza somma tagħha wkoll fiċ-ċirkustanzi preżenti. Għalhekk dan is-sagru Konċilju isostni d-dritt tal-Knisja li liberament twaqqaf u tiddiriġi l-iskejjel ta’ kwalunkwè ordni u grad . . . u tfakkar li eżerċizzju ta’ tali dritt jikkontribwixx bil-kbir ukoll għall-protezzjoni tal-libertà tal-kuxjenza u tad-drittijiet tal-ġenituri kif ukoll għall-istess progress naturali” (Gravissimum Educationis, 8).

Libertà u ugwaljanza

8. Il-Knisja tidħol fil-fond fil-kwistjoni tal-edukazzjoni kattolika taż-żgħażagħ u, b’mod partikolari. Titlob libertà u ugwaljanza għall-iskejjel kattoliċi, għaliex hija mbuttata mill-konvinzjoni li dawn huma dritt tal-familji nsara, kif ripetutament enfasizzaw tant affermazzjonijiet tal-maġisteru ta’ din is-Sedja ta’ Pietru. La darba l-Knisja tant tinsisti fuq dan id-dritt, huwa għaliex hija tħares appuntu lejn il-familji, li lilhom id-dmir tal-edukazzjoni nisranija tal-ulied jolqot fundamentalment u ontoloġikament. Il-ġenituri huma l-ewwel edukaturi ta’ wliedhom, anzi, fis-servizz tat-trażmissjoni tal-fidi, huma “l-ewwel katekisti ta’ wliedhom”, bħalma għdt fil-Katidral ta’ Vienna (Ioannis Pauli PP. II, Homilia in Cathedrali aede Vindobonensi habita, 5, die 12 sept. 1983: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VI/2 [1983] 486). Il-familja min-natura tagħha mixtieqa minn Alla, hija l-komunità edukatriċi ewlenija u naturali tal-bniedem li jiġi fid-dinja. Din mela għandha l-poter li tgawdi, mingħajr diskriminazzjoni min-naħa tal-poteri pubbliċi, il-libertà li tagħżel għal uliedha t-tip ta’ skola  addattata mal-konvinzjonijiet propji, linqas m’għandha tkun imfixkla minn piżijiet ekonomiċi onerużi żżejjed, għaliex iċ-ċittadini kollha għandhom parità intrinsika ukoll u speċjalment f’dan il-qasam. Il-Konċilju Vatikan II, mill-ġdid fid-dikjarazzjoni dwar il-libertà reliġjuża, qal b’mod espliċitu: “Lil kull familja, inkwantu soċjetà li tgawdi minn dritt propju u primordjali, għandha dritt li tordna liberament il-ħajja reliġjuża domestika  taħt id-direzzjoni tal-ġenituri. Lilha jmiss id-dritt li tiddetermina l-edukazzjoni reliġjuża li għandha tagħti lil uliedha, skont il-persważjoni reliġjuża propja.. Mela għandu jkun mill-potestà ċivili mgħarraf lill-ġenituri d-dritt tal-għażla,  b’libertà vera, l-iskola jew il-mezzi l-oħra ta’ edukazzjoni, u għal tali libertà tal-għażla m’għandhomx ikunu aggravati, la direttament linqas indirettament, b’piżijiet inġusti  ” (Dignitatis Humanae, 5).

Fl-eżerċizzju tad-dritt tal-għażla għal uliedhom it-tip ta’ skola  addattata mal-konvenzjonijiet reliġjużi tagħha, il-familja m’għandha tkun b’ebda mod imfixkla, imma ffavorita mill-Istat, li mhux biss għandu d-dmir li ma jagħmilx ħsara lid-drittijiet tal-ġenituri nsara, ċittadini tiegħu, fil-propju sens tal-kelma, imma wkoll dak li jikkollabora għall-ġid tal-familji  (cf. Gaudium et Spes, 52).

Il-Knisja ma tgħejja qatt issostni dawn il-prinċipji, li huma ta’ loġiċità kristallina u ċarezza, imma li, kemm-il darba kkontrastati jew imwarrba fil-ġemb, jistgħu ifaqqru l-konvivenza ċivili u soċjali, ibbażata fuq ir-rispett tal-libertà fundamentali tal-membri li jiffurmawhom, li tagħhom il-familja hija l-ewwel nukleju.

Inżommu effiċjenti l-istrutturi

9. F’din il-vġili tal-sollennità tal-qaddisin Pietru u Pawlu, mgħallmin u kolonni tal-fidi, inħoss għalhekk id-dmir li nwassal minn hawn, lill-Knisja kollha, l-istedina biex inwettqu kull sforz biex inżommu effiċjenti l-istrutturi tal-iskola kattolika; b’mod partikolari jekk iħossuhom responsabbli l-isqfijiet, is-saċerdoti, u speċjalment dawk il-kongregazzjonijiet reliġjużi  ta’ min ifaħħarhom, maskili u femminili, li, ħadu l-kariżma tal-edukazzjoni mill-qaddisin irġiel u nisa li waqqfuhom, għandhom jgħassu bl-ikbar impenn, bħall-ħabba ta’ għajnejhom, dan is-servizz kbir u li ma jitqabbilx għall-Knisja.. U ndur ukoll lejn l-għalliema, il-lajċi mpennjati fl-iskola kattolika, il-ġenituri, l-għeżież student maskili u femminili, sabiex iħossu bħala titolu kbir ta’ unur l-appartenenza għal dawk l-iskejjel. Il-komponenti kollha tal-Knisja iħossuhom impenjati bix iżommu għoli l-prestiġju, ukoll akkost ta’ sagrifiċċji, bil-konvinzjoni tal-irwol kbir li huma għandhom għall-futur tal-komunitajiet ekkleżjali u ċivili.

B’dawn il-voti ndur b’mod partikolari lejn ħuti kollha fl-episkopat, li, f’diversi nazzjonijiet tal-Ewropa u tad-dinja, isibu ruħhom f’sitwazzjonijiet partikolari ta’ diffikultà, li għandhom ikunu ffaċċjati b’serenità u fermezza: lil dawn ngħidilhom  li jien nieħu sehem ħaj, fl-ewwel persuna,, fl-inkwiet tagħhom, fl-isforzi tagħhom, fl-attivitajiet tagħhom f’dan il-qasam, kif ukoll f’dawk tas-saċerdoti, tar-reliġjużi rġiel u nisa li jassistuhom. B’mod speċjali naqsam l-interessi tal-ewwel responsabbli ta’ din il-problema delikata u gravi” jiġifieri il-familji kattoliċi u l-għeżież żgħażagħ – illum b’mod profond miftuħa għall-interrogattivi  u għall-impenji tal-fidi – li jiffrekwentaw dawn l-iskejjel, u jafu jieħdu benefiċċju inkomparabbli għall-ġejjieni tagħhom. Jiena qrib ta’ dawn kollha, u nawguralhom ġid fil-Mulej  .

10. Jekk jiena waqaft fuq il-problema tal-edukazzjoni kattolika taż-żgħażagħ, b’rigward speċjali għall-iskola kattolika, kont imbuttat ukoll mill-għarfien li intom, kollaboraturi tiegħi, tridu tikkorrispondu pjenament mal-interessi pastorali tiegħi għall-Knisja kollha. Intom tħobbu lill-Knisja u dan huwa l-mottiv li janimakom fl-eżerċizzju tax-xogħol ta’ kuljum. L-ansjetajiet tiegħi jiena ċert li huma wkoll tagħkom. F’dan l-ispirtu nitlobkom li tkomplu tgħinuni bis-sehem ħaj fil-problemi tal-Knisja tallum, u biex issostnuni bit-talb tagħkom, u speċjalment bl-imħabba. Jiena ċert li, fl-impenn tagħkom, intom tridu ttennu, flimkien miegħi: “Caritas Christi urget nos!”. Hija l-imħabba li tiggwidakom fl-azzjoni ta’ kuljum tagħkom. Imħabba prezzjuża u fertili ferm iktar, fl-ikbar maġġoranza tagħkom, ix-xogħol isir fis-skiet, fil-ħabi, fil-fedeltà li tissaporti li titlef il-qawwiet fiżiċi u l-ħajja nfisha, konxji kif intom ta’ dik l-“ispeċifità propja” tal-kollaborazzjoni li għaliha intom “imsejħa biex tieħdu sehem fl-istess missjoni li l-Papa iwettaq favur il-Knisja”, kif għidtilkom fil-vġili tal-SS. Pietru u Pawlu ta’ sentejn ilu (Ioannis Pauli PP. II, Allocutio ad coadiutores in regimini Ecclesiae centrali occasione oblata sollemnitatis sanctorum Petri et Pauli habita, 1 die 28 iun. 1982: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, V/2 [1982] 2428).

U ta’ dan niżżikom ħajr! Stennejt propju dan il-jum biex intennilkom dan il-grazzi għas-sehem li, b’titlu partikolari, intom toffruli fl-eżerċizzju tal-ministeru petrin; u hekk tridu tikkorrispondu għad-don ta’ Alla, li għalih sejħilkom bil-purezza tal-fidi ipprofessata u l-integrità tal-ħajja saċerdotali, reliġjuża jaw lajkali tagħkom, migħuxa fis-sehem għall-uffiċċju triplu saċerdotali, profetiku u rjali ta’ Kristu, u bil-kuxjenza bla ħtija li x-xogħol tagħkom jedifika lill-poplu ta’ Alla, huwa inserit fl-iskambji inviżibbli u fertili tal-komunità tal-qaddisin, u  huwa  hu stess sostnut mill-għajnuniet spiritwali, u wkoll materjali, li l-Knejjes lokali joffru lill-Knisja ta’ Ruma, skont id-drawwa antika  .

Biex nesprimilkom l-gratitudni mqanqla tiegħi, nagħmel tiegħi l-kliem tal-appostlu Pawlu, li dalgħodu dwew hawn ġew: “Niżżi ħajr lill-Mulej Alla tiegħi kull meta niftakar fikom, u nitlob ferħan fit-talb tiegħi għalikom, minħabba s-sehem  li intom ħadtu fix-xandir tal-Evanġelju – Jiena żgur minn dan li dak li beda din l-opra tajba, Ħaġa sewwa li jiena naħseb hekk fikom ilkoll, għaliex jiena nġibkom f’qalbi, lilkom ilkoll li qsamtu miegħi l-grazzja li għandi . . . Infatti jixhdu lil Alla kemm jien miġbud lejkom bil-qalb ta’ Kristu Ġesù. U jien dan nitlob li l-imħabba tagħkom tikber u toktor dejjem iżjed” (Fil 1, 3ss.)

Iva, meqjuma kardinali, ħuti fl-episkopat u fis-saċerdozju, persuni kkonsagrati, ħuti nisa u rġiel lollha: niżżi ħajr lil Alla tiegħi u nġorrkom ilkoll f’qalbi.

Il-qaddisin Pietru u Pawlu jiksbulkom il-perseveranza fl-impenn komuni, huma li ngħataw kollhom kemm huma għall-kawża tal-Vanġelu, sal-mewt.

Il-Madonna santissma, “Verġni fidila”, tkun f’nofsna kif diġa fiċ-Ċenaklu u fit-tbexbix tal-Knisja naxxenti, biex tinkuraġġina b’imħabbitha ta’ Omm fl-isforz tagħna ta’ fedeltà lejn Binha, billi ġġegħlna nifhmu dejjem iktar li, propju għal dan għandna post speċjali f’qalbha immakulata. Lilha nafda, għal darb’oħra u għal dejjem, il-persuni tagħkom, ix-xogħol tagħkom, il-maħbubin familji tagħkom, b’mod speċjali jekk fihom hemm inkwiet, preokkupazzjonijiet, tabatijiet.

U f’isem it-Trinità Qaddisa, li lilha biss tmur “il-glorja, l-unur u l-qawwa” (Ap 4, 11), u l-attenzjoni aħħarija għas-servizz tagħna, lil kulħadd nagħti il-barka apostolika speċjali tiegħi.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading