It-talb l-aktar power boat li tigri
Il-ħajja tal-kunvent ħajja ‘wisq differenti’
Nhar il-Ħadd kont qiegħed inbiegħ il-larinġ maqtugħ frisk mil-ġonna tal-kunvent, u jiena kull okkażjoni li tiġini li niltaqa’ ma’ tifel, adoloxxenti, żagħżugħ jew ġuvni dejjem insaqsi d-domanda sempliċi: ‘INT GĦALA MA TIDĦOLX PATRI?’
U persuna nhar il-Ħadd qaltli: ‘le…..’.
Kollni skantat saqsejtu allura ‘imma għala le……?’.
Jiena nħoss li hija GRAZZJA MINN ALLA LI TKUN TISTA’ TGĦIX ĦAJTEK KOLLHA KEMM HI FIT-TEMPJU TAL-MULEJ.
It-tweġiba ta’ dan il-ġuvni kien: ‘u le, WISQ DIFFERENTI L-ĦAJJA’.

Proprju għax differenti għandha tiġbdek aktar il-ħajja tal-kunvent
F’DINJA FEJN BOSTA JILMENTAW MIL-ĦAJJA LI QEGĦDIN JGĦIXU, NISKANTA KIF WARA L-BIEB TAL-KUNVENT MA JKUNX HEMM KJUWIJIET TWAL SA’ SANT’ANĠLU JITOLBU LI JSIRU PATRIJIET………
Isma’ mhux għax ma hemmx min jagħmel dan il-pass. Tfajliet u ġuvintur ILLUM UKOLL għadhom jagħmlu dan il-pass, imma fil-qiegħ ta’ qalbi nħoss li wisq wisq oħrajn jistgħu jagħmlu dan il-pass, iktar u iktar meta tikkonsidra r-riħ li l-ħajja li qegħdin ngħixu tagħti.
Il-bniedem tassew misteru
Jiena kultant, anzi biex inkun onest, spiss lil bniedem ma nifhmux.
Tassew li Alla hu Alla, għax kieku ma kienx Alla, mhux ilu li tajru ‘l hemm lil bniedem.
Trid tassew paċenzja ta’ Alla, biex lil bniedem, li dejjem jaqla’ problemi fejn ma jeżistux problemi, tkompli tieħu paċenzja bih.
Dana jekk xi ħadd qiegħed igerger li s-sħana, lanqas li tistenna li dak il-bniedem jagħmel huwa li jneħħi j-jersey tal-kmiem twal u jilbes wieħed bi kmiem qsar.
Imma din xi ħaġa ta’ barra minn hawn ?
Mhux ovvja li jekk int qiegħed tgerger bis-sħana tneħħi l-jersey tal-komom twal.
Mhux ovvja per eżempju li jekk int qiegħed tgerger li qiegħed iddum marbut fit-traffiku, tipprova tfittex mezz ieħor aktar adatt għal pajjiż ċkejken bħal Malta u tibda tuża lilu, bħalma hija r-rota.
M’intiex tiprretendi forsi hux, li kulħadd ma jużax il-karozza tiegħu meta toħroġ int ħalli int tibqa’ għaddej qisek għasfur ?
Jiena emmnuni ma nistax nasal biex nifhem kif jaħdem il-moħħ tal-bniedem.
Kun int wieħed jew waħda li tkun katalist tal-bidla
Il-President John F. Kennedy kien baqa’ magħruf għal frażi li kien qal dakinhar li beda t-term tiegħu bħala President tal-Amerka: “Ask not what your country can do for you—ask what you can do for your country”.
Forsi ftit jafu li John F. Kennedy kien ibati mil-marda rara, li kienet ħasdet il-ħajja żagħżugħa ta’ Santa Eliżabetta tat-Trinita’ (Addison’s desease), u li din il-marda kienu sabu mezz kif min ikun marid biha jista’ jibqa’ jgħix ħajja tista’ tgħid ‘normali’, grazzi għal studji li tabib minn Dijon kien għamel fuq dak li nqtal minn dawk li kienu qrib ta’ Santa Eliżabetta waqt li hija kienet marida u eventwalment mietet bħala effett ta’ din il-marda.
Malta Boat show 2025
Il-weekend li għadda kien hawn qrib tal-Kunvent il-boat show.
Min ma ġiex ‘l hawn dawk il-jiem, lanqas jista jimmaġina x’attivita’ u x’moviment kien hawn.
Imma jiena niskanta meta nara li l-bniedem li l-aktar li jħoss vojt ġewwa fih minħabba li jkun qiegħed jiġri wara r-riħ, flok ifittex blata soda u hemm jitfa’ l-għeruq tiegħu, aktar jfittex power boats li jistgħu jieħduh kieku jkollu l-mezzi finanzjarji ‘l bogħod.
Mela biex tara din il-boat show kien hemm min ipparkja ħdejn id-De La Salle.
Nistaqsi jiena: kapaċi tipparkja daqshekk il-bogħod biex tipparteċipa fl-Ewkaristija ?
Biex tidħol għal din il-boat show ridt tixtri biljet ta’ Eur 5.
U allura l-Knisja għax ma tridx tħallas biljett ma tidħolx?
Jew inkella l-Knisja tidħol biss f’xi funeral (ħalli tal-familja ma tonqoshomx) jew biex tara l-istatwa ħierġa min-niċċa ?
It-talb huwa l-aktar power boat b’saħħitha
IT-TALB HUWA L-AKTAR POWER BOAT B’SAĦĦITHA LI F’TEPTIPA TA’ GĦAJN TWASSLEK FI ĦDAN IT-TLIET PERSUNI DIVINI, TAĦT IL-MANT TA’ MARIJA U AKKUMPANJAT MILL-QADDISIN, WAQT LI JINSTEMGĦU L-KANT MELODJUŻ TAL-KOR TAS-SERAFINI, TAL-ARKANĠLI U TAL-ANĠLI KOLLHA FLIMKIEN.
Il-bniedem jaħseb li miss is-sema b’idu għax ikkreja power boat li tiġri fuq l-ilma qisha riħ, u ALLA NIŻEL ĦDEJNA, U TANA MEZZ KIF BLA ĦAFNA STORBJU NASLU ĦDEJH.
JEKK IL-MULEJ QIEGĦED ISEJJAĦLEK GĦAL WARAJK, IĠRIIIIIIIIIIIIIIIIIII U GĦID IVA.
Tħallix din is-sejħa ttir mar-riħ.
“Il-Mulej ħares lejh b’ħarsa ta’ mħabba u qallu EJJA U IMXI WARAJJA” (Mk 10, 21).