Kitba ta’ Daniel Borg
Wara li Ġesu’ jitkellem mill-Beatitudnijiet, Hu jgħidilna li min jgħixhom jibdel id-dinja ta’ madwaru. Huwa permezz ta’ dawn in-nies li d-dinja ma tibqax fid-dlam: “Intom il-melħ tal-art . . . Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5, 13-14).
Dan hu l-messaġġ li jwasslilna l-Papa fl-Angelus illum. Wara li niltaqgħu ma’ Ġesu’ ma nistgħux nibqgħu l-istess, anke fil-mod ta’ kif aħna ngħixu fid-dinja. Infatti l-Profeta Iżaija jagħtina azzjonijiet konkreti li nistgħu nagħmlu fid-dinja ta’ kuljum: li taqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ, li ddaħħal f’darek li min hu fqir jew bla saqaf, li nlibbsu lil min hu għarwien u dan mingħajr ma nittraskuraw lil dawk qrib tagħna. U l-Profeta Iżaija jgħidilna li meta nagħmlu hekk ma nkunux biss dawl, imma nfejqu wkoll il-feriti tagħna. Hekk biss nistgħu nġorru l-ferħ fina u nwassluh lill-oħrajn. Huwa dan li jagħmilna vera nsara!
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02NiaVBGccrm4QHPszwizYDEuWbjSeVYAM2SXqpDZqG9rqGu5bMJMQ7WJmyRrgUJ3Ul