Se jerġa’ jżur Għawdex l-Arċisqof Vittorio Viola ofm, Sotto-Segretarju tad-Dikasteru għas-Sagramenti u l-Kult Divin fil-Vatikan, prinċipalment biex imexxi tlitt ijiem ta’ formazzjoni għas-saċerdoti fil-bidu tar-Randan.
Huwa se jmexxi wkoll żewġ laqgħat ta’ formazzjoni liturġika:
- Għall-membri tal-Gruppi Parrokkjali tal-Liturġija, bis-suġġett: “La partecipazione attiva nella celebrazione liturgica”, nhar il-Ħamis 19 ta’ Frar fis-6.00pm f’Dar Manresa.
- Għall-katekisti, bis-suġġett: “Il significato della catechesi liturgica e la sua importanza nella vita della Chiesa”, nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Frar fis-6.00pm f’Dar Manresa.
Il-konferenzi se jkunu bit-Taljan imma tiġi pprovduta traduzzjoni għall-Malti.
Kull min hu interessat, hu mistieden jattendi.
