Talb tal-interċessjoni. Il-16-il Ħadd matul is-Sena

V… Miġburin flimkien biex irroddu ħajr lill-Mulej fil-jum iddedikat lilu, nitolbuh jisma’ t-talb tagħna.

1. Nitolbuk, Mulej, għall-Papa biex tkompli timlieh bil-qawwa u s-saħħa ħalli jwettaq il-missjoni tiegħu fid-dinja. Nitolbu

2. Nitolbuk, Mulej, għal dawk li qegħdin imexxu l-ġnus kollha tal-art biex dawn jagħrfu jiggvernaw bil-għaqal u bl-imħabba. Nitolbu

3. Nitolbuk, Mulej, għal dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa biex dawn dejjem ikomplu jagħtu l-kontribut siewi tagħhom għall-ġid tal-komunità kollha. Nitolbu

4. Nitolbuk, Mulej, biex matul din il-ġimgħa aħna dejjem inżommu lilek u l-kelma tiegħek quddiem għajnejna. Nitolbu

V… Mulej, int jistħoqqlok il-qima u l-glorja tagħna; nitolbuk biex tkun dejjem magħna ħalli nkunu strumenti ta’ ġid u paċi fost ħutna l-bnedmin. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading