ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA FIL-PARROĊĊA RUMANA
TA’ SAN LORENZO IN DAMASO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 24 ta’ Frar 1985
1. L-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert, fejn baqà erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan (cf. Mk 1, 12-13).
Kull sena, f’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan, infakkru s-sawm ta’ erbgħin jum ta’ Ġesù u t-tentazzjonijiet min-naħa tax-xitan. It-test tal-Vanġelu skont Marku li, qegħdin naqraw din is-sena, huwa qasir ħafna.
Ġesù ta’ Nażżaret jibda l-missjoni messjanika tiegħu mill- magħmudija fil-Ġordan. Huwa rċieva minn idejn Ġwanni l-Battista l-magħmudija ta’ penitenza billi għamel lilu nnifsu jixbaħ lil dawk kollha, li lilhom Ġwanni kien jamministraha. U, wara din, Ġesù jmur fid-deżert, fejn isum għal erbgħin jum. Dan is-sawm jirreferi għall-erbgħin sena ta’ peregrinazzjoni ta’ Iżrael mill-iskjavitù tal-Eġittu għall-Art imwegħda.
Is-sawm ta’ erbgħin jum ta’ Ġesù fid-deżert huwa mudell għar-Randan tal-Knisja. Dan għandu jmexxina mill-iskjavitù tad-dnub għar-rebħa u għal-libertà fil-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu. Permezzt tas-sawm ta’ erbgħin jum inħejju ruħna għall-Għid.
2. F’dan il-perijodu Ġesù ppridka l-Vanġelu ta’ Alla b’mod partikolarment qawwi. Huwa qal: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju” (Mk 1, 15).
Il-Knisja tixtieq timita lill-Imgħallem tagħha. B’qawwa partikolari tippridka l-Vanġelu. Ir-Randan jiġi definit fil-liturġija bħala “żmien qawwi”.
Il-Vanġelu huwa messaġġ ta’ konverżjoni: “indmu”. Ġesù waqt li jħabbar il-konverżjoni, jippreżenta lill-bniedem l-istat ta’ theddid min-naħa ta’ diversi ħażen. Għalhekk, ukoll fil-konfront tiegħu innifsu, jammetti t-tentazzjoni tax-xitan u jasal għar-rebħa fuqha .
Dan huwa waqt doppju li fih it-triq messajanika ta’ Ġesù tgħaddi mit-toroq tal-bniedem priġunier tad-dnub. L-ewwel aspett huwa il-magħmudija tal-Ġordan, magħmudija ta’ penitenza; it-tieni hija t-tentazzjoni.
Il-Knisja tfakkar din it-tentazzjoni ta’ Ġesù fl-ewwel Ħadd tar-Randan. Trid, b’dan il-mod, tasal għat toroq kollha tal-bniedem mhedda minn tentazzjonijiet multipli. Trid b’dan il-mod, tasal, trid tasal fit-toroq imdallma bid-dnub. F’dawn it-toroq huwa tassew preżenti Kristu bil-qawwa feddejja tiegħu.
3. L-istat tat-tentazzjoni – tat-theddida ta’ ħażen multiplu, bi dnub żgħir jew kbir – huwa stat ordinarju tal-bniedem. Għalhekk Kristu rrakkomandalna biex nitolbu lill-Missier: “U la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni” (Mt 6, 13).
Għal dan fil-liturġija tallum is-salmista jitlob bil-ħrara: “Triqatek, Mulej, għarrafni, / iil-mogħdijiet tiegħek għallimni, / mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni . . .” (Sal 25, 4-5).
“Mexxini fis-sewwa tiegħek” tfisser eżattament: la tippermettix li jien inċedi għat-tentazzjoni! It-tentazzjoni infatti hija dejjem marbuta mat-telfien tas-sewwa fl-imġieba umana. Il-qalb u r-rieda huma “mħajra” b’mod tali li, waqt li joperaw, jinqatgħu mill-veru ġid u jsegwu ġid apparenti. It-tentazzjoni hija dejjem gidba u għandha s-sors definittiv tagħha f’dak li l-Iskrittura ssejjaħ “missier il-gidba” (Ġw 8, 44).
Jekk il-bniedem jiġi ttentat mid-“dinja”, jekk is-sors tat-tentazzjoni jinsab fil-konkupixxenza tal-għajnejn, tal-ġisem u tas-suppervja tal-ħajja (jiġifieri“fl-intern tal-bniedem”), allura l-bidu ta’ kull tentazzjoni jitlaq minn dak li minnu Kristu stess ippermetta li jkun ittentat tul is-sawm ta’ erbgħin jum fid-deżert. F’dak li huwa “missier il-gidba”.
4. Il-Knisja tifhem għalhekk ir-Randan tagħha bħala sfida partikolari għat-taqtiha kontra l-ħażin, anzi għall-għeruq stess tiegħu. It-tentazzjoni mhijiex biss okkażjoni ta’ dnub, imma hija wkoll għerq tad-dnub. Il-bniedem mhuwiex biss attirat mill-ħażin, imma kultant huwa wkoll imdawwar minnu.
Dan kollu Kristu jagħmlu preżenti lill-bniedem sa mill-istess bidu ta’ dik it-triq li huwa r-Randan. Fl-istess ħin, jirrendi preżenti lil kull wieħed u waħda minna l-qawwa feddejja tal-Vanġelu. Il-Vanġelu mhuwiex biss kelma ta’ Alla, huwa “qawwa għas-salvazzjoni” (Rm 1, 16). U f’dan is-sens huwa bxara t-tajba. Huwa radikat fil-patt ta’ Alla mal-ħolqien. Il-liturġija tallum tfakkar il-patt Qadim milħuq ma’ Noe u ma’ wliedu wara d-dilluvju. Qabel kollox il-Vanġelu jesprimi ruħu mal-patt li huwa ġdid u etern. Huwa l-patt milħuq fuq is-salib ta’ Kristu – permezz ta’ ġismu u demmu – rikonfermat bil-qawmien mill-imwiet.
Kull sena, permezz tas-sawm ta’ erbgħin jum, il-Knisja tħejji lilha nfisha għat-tiġdid ta’ dan il-patt singolari.
Fih hemm miġbura wkoll il-qawwa definittiva tal-qawwa feddejja, li hija kapaċi tmexxi l-bniedem mill-istat ta’ theddid tal-ħażen multiplu. Hemm bżonn biss li l-bniedem irabbi għeruqu f’dan il-patt, billi jirreżisti għal dak kollu li jiġi minn “missier il-gidba”.
5. Ejjew nimmeditaw dan il-kontenut liturġiku mportanti tal-ewwel Ħadd tar-Randan f’din il-parroċċa ta’ San Lorenzo in Damaso.
F’din iż-żjara pastorali tiegħi, li qiegħda sseħħ bħala parti mis-Sena Damażjana għas-sittax-il ċentinarju mill-mewt tal-papa qaddis Damaso nixtieq nindirizza tislima kordjali lill-kappillan Monsinjur Augusto Cecchi, li mill-1968 ħa ħsieb pastorali ta’ din il-komunità; lill-viċi kappillani don Guglielmo Fussganger u don Giuseppe Fusari; lill-membri tal-Kapitlu; lill-4500 fidili u lill-1500 familji.
Insellem ukoll lir-reliġjużi maskili u femminili residenti fit-terrotorju tal-parroċċa; lill-patrijiet Scolopi; lill-Figli di Maria Immacolata, lis-sorijiet Serve di Maria; lis-sorijiet ta’ Santa Briġida, lis-Sorijiet Eliżabetjani, lis-swevi Żgħar tal-Familja Mqaddsa; lir-reliġjużi missjunarji franġiskani tan-Natività ta’Sidna, il-figli di Maria inkurunata; lis-sorijiet ta’ San Filippu Neri, lis-sorijiet ministri tal-karità; L-ulied tas-Sagratissma Qalb ta’ Ġesù;; is-Sorijiet ta’ Sidrna; ud-Dame ta’ Betanja; u wkoll lis-superjuri u l-istudenti tal-istitut ekkleżjastiku Pontifiċju Ungeriż; tal-KulleġġVenerabli Ingliż; Tal-Iskola ekkleżlastika ta’ Santa Marija f’Monserrat; tal-istitut ekkleżjastiku ta’ Santa Marija Immakulata; l-opra Regina Apostolorum; il-membri tal-foyer Unitas u tal-opra impiegate.
Tislima ta’ mħabba u ta’ nkuraġġiment nindirizza lid-diversi assoċjazzjonijiet parrokjali; lill-kunsill pastotorali ; lill-Assoċjazzjoni rġiel tal-Azzjoni Kattolika; lill-grupp ġovanili; lill-membri tal-oratorju tal-Apostolat tat-Talb; tal-Arċikonfratenità tas-Santissmu Sagrament u tal-Ħames Pjagi; tal-Lampi ħajjin; ial-Konferenza ta’ San Vinċenz de’ Paoli u tal-grupp Voluntarjat vinċenzjan; u dak għall-Accoglienza dei “senza tetto” tal-grupp Ministranti.
Għeżież ħuti! Minkejja d-diversi diffikultajiet kumplessi, il-komunità parrokkjali tagħkom turi vitalità qawwija, b’mod partikolari fl-impenn kateketiku fil-livelli kollha, fid-devozzjoni żelanti lejn is-Santissmu Sagrament tal-Ewkaristija u fil-karità operanti lejn l-aħwa, li jinsabu ful-bżonn. Komplu b’ġenerożità dejjem ikbar fuq dawn id-direttriċi pastorali, animati mill-eżempju tad-djaknu San Lawrenz martri, u tal-Papa qaddis Damaso, li r-relikwi tiegħu jinsabu konservati fl-altar maġġur ta’ din il-Bażilika splendida u storika.
Nafda dawn il-voti tiegħi lill-Verġni Santissma għal sekli hawn meqjuma bit-titlu ta’ Madonna tal-Konċezzjoni.
6. Aċċettaw, għeżież ħuti, iż-żjara tal-Isqof ta’ Ruma tallum! Ilqgħu l-messaġġ tal-ewwel Ħadd tar-Randan!
Fost it-toroq, għal għonq liema tmexxikom il-ħajja ta’ kuljum, la tiqfux titolbu bil-kliem tas-salmista: “Mexxini, Mulej, fil-verità tiegħek u għallimni . . .”, u bil-kliem tat-talba tal-Mulej: “La ddaħħalniex fut-tiġrib, imma eħlisna mid-deni”.
Jalla dan il-kliem jimmarka ż-żmien tar-Randan f’ruħkom, Fil-parroċċa tagħkom, tul dan iż-żmien qawwi.
Amen.
Fil-laqgħa mal-parroċċa
Qiegħed narakom voluntarjament u bil-ferħ. U qiegħed nara volontarjament lill-ġenituri tagħkom, lill-għalliema tagħkom u lir-rgħajja tagħkom. Il-parroċċa tagħkom iġġib se ta’ Papa kbir, San Damaso, tas-seklu IV, jiiieri ta’ sittax-il seklu ilu. U jekk naħsbu dwar San Damaso, nistgġu ngħidu li din il-komunità parrokkjali tagħkom għandha ħafna sekli ta’ ħajja. Imma trid tkun dejjem żagħżugħa, u hija żagħżugħa grazzi lilkom li imtom żgħażagħ. F’din il-parroċċa intom iġġibu lil żgħżitkom, il-freskezza propja tal-età tagħkom. Wieħed jistà jgħid li din hija l-vokazzkoni kullimkien. Hekk hi fil- familja tagħkom u hekk hi ukoll fil-familja tal-Knisja, tal-parroċċa: iġġibu l-ġovinezza u tagħmlu żagħżugħa s-soċjetà u wkoll il-komunità ekkleżjali.
Intom tafu tajjeb li intom qrib Ġesù Kristu u hu dan wrih matul ħajtu, enfasizzah fil-Vanġelu tiegħu: “Ħallu lit-tfal jiġu għandi”. Dan huwa kliemu: kliem qasir imma mimli sinifikat. Irrid ngħid li Ġesù talab ukoll lill-appostli biex iħallu lit-rfal imorru qribu biex ikunu ħdejh u biex ikollhom kuntatt dirett miegħu. Hakk hu, Ġesù jsejħilkom biex ikollkom kuntatt firett miegħu, irbit dirett. Din id-domanda ta’ Ġesù tikkorrispondi, naħseb jien, ukoll mad-domanda ta’ qlubkom; intom ukoll tridu kuntat, irbit dirett ma’ Ġesù.
Kuntatt wiċċ ‘imb wiċċ. Ġesù jsejħilkom b’isimkom u intom ukoll tistgħu issejħulu b’ismu propju. Hekk dak il kuntatt isir konversazzjoni, djalogu. Dan id-djalogu jissejjaħ talb.
Irrid nenfasizza propju dan: Ġesù irid ikun qribkom u jridkom qribu. Ġesù, jiġifieri, iridkom titolbu, jistenniekom fit-talb. Irid jismà t-talb tagħkom, dak kollu li ġġorru fi qlubkom. Xi jġorru ż-żgħażagħ f’qalbhom? Iġorru diversi ħwejjeġ: diversi xewqat, taqtigħ il-qalb u mhux biss tagħhom, imma wkoll dawk tal-oħrajn, tal-ġenituri, tal-qraba u jistà jkun ukoll tal-ambjenti u tad-dinja kollha. Iż-żgħażagħ, it-tfal huma kapaħi jifhmu it-taqtigħ il-qalb tal-umanità, speċjalment ta’ dawk li jbatu. Per eżempju, meta jħossu li hemm popli li fihom hemm tant persuni u speċjalment tant tfal li jmutu bil-ġuħ allura jsiru solidali magħhom , jinkwetaw u jbatu wkoll magħhom.
Hekk hu, huma dawn it-temi li dwarhom għandhom titkellmu ma’ Ġesù, li fuqhom għandkom tibbażaw it-talb tagħkom, jiġifieri id-djalogu tagħkom ma’ Ġesù. Tkellmuhom u hu min-naħa tiegħu iwieġeb. Iwieġeb bil-mod tiegħu, jiġifieri mhux bil-kliem, għaliex huwa persuna inviżibli, huwa misteru, dan nafuh ilkoll. Darba sar bniedem; issa l-bniedem jgħix fil-glorja ta’ Missieru, fil-glorja ċelesti. Dan huwa misteru, iżda fl-istess ħin dak il-misteru iġorr is-sensibiltà divina u umana u jistenna l-ftuħ ta’ qlubkom.
Hekk fil-bidu ta’ dan ir-Randan, u fiċ-ċirkustanza tal-vista pastorali lill-parroċċa tagħkom, nistedinkom biex tkunu qrib Ġesù, biex tfittxu dan il-qrib tiegħu, dan il-kuntatt, dan l-irbit li għalih Ħrsù huwa dejjem lest. Ġesù jridu, ifittxu. Għandkom tfittxuh u triduh intom ukoll permezz tat-talb. F’dan it-talb għandkom iġġorru l-ferħ tagħkom, imma wkoll it-taqtigħ il-qalb tagħkom, li bosta drabi ikun it-taqtigħ il-qalb tad-dinja kollha. Iż-żmien tar-Randan, li huwa żmien speċifiku fil-Knisja, jissejjaħ “żmien qawwi”, imma żmien qawwi għandu jkun propju grazzi għall-impenn speċifiku tagħna li nitolbu. It-talb huma mpenn spiritwali u f’dan iż-żmien tar-Randan għandu jkun iktar qawwi. Nistedinkom għal talb iktar qawwi. Hekk nistedinkom biex tkunu dejjem iktar fidili għall-katekeżi għat-tħejjija għall-Ewwel Tqarbina jew għall-Griżma tal-Isqof.
Ridt ngħidilkom dawn il-ħwejjeġ fil-bidu tal-vista fil-parroċċa tagħkom. Dejjem nibdew miż-żgħażagħ il-vista għaliex nittamaw li niltaqgħu ma’ Kristu fost iż-żgħażagħ. U din mhox tama vojta” tikkorrispondi mal-verità tal-Vanġelu u mar-realtà tal-Knisja, Ġesù huwa preżenti u qrib tassew taż-żgħażagħ u jrid liż-żgħażagħ madwaru. Imbierek flimkien magħkom, lil dawk kollha tamparkom, lill-ġenituri u l-qraba tagħkom, lill-ambjenti tagħkom.
Liż-żgħażagħ
Insellmilkom, żgħażagħ, f’din l-awla antika għanja bl-opri tal-arti u li grazzi lilkom terġa ssir żagħżugħa. Fidili lejn il-Knisja. L-impenn liturġiku tagħkom, il-kant tagħkom, kollox ġab il-ħajja lill-komunità ewkaristika sa minn dalgħodu. Ossa qegħdin niltaqgħu hawn, u qed nara diversi gruppi, qed nara wkoll lil dawk li jilagħbu l-futbol. U San Damaso stenna sittax-il seklu imma kellu skwadra tal-futbol. U San Damaso jgħix f’din il-ġenerazzjoni. Smajt b’interess dak kollu li qalet il-ħabiba tagħkom li tkellmet ftit ilu, ħwejjeġ ġusti, adegwati. Bħal meta qalet li mal- 1° ta’ Jannar tqawwiet l-idea li l-paċi u ż-żgħażagħ jimxu flimkien, idea li għandha sservi lilkom ilkoll bħala punt ta’ riferenza, biex issibu lilkom infuskom, l-identità personali tagħkom. Naħseb li hawn jidher f’postu l-kliem ta’ Ġesù li nisimgħu f’kull ċelebrazzjoni ewkaristika: “Nagħtikom il-paċi tiegħi”.
Hekk hu, jiena nawgura liż-żgħażagħ, li din is-sena huma mistiedna mill-Knisja biex jimxu flimkien għall-paċi, jiena nawgura li tirċievu din il-paċi li Kristu joffrilma, paċi li tmiss lill-bniedem fl-intimu tiegħu, fil-qalb, fl-gġarfien; din il-paċi li tifforma l-bniedem, il-personalità umana u nisranija tiegħu. Din il-paċi li dwarha jitkellem Kristu, li huwa joffrilna, kif qal lill-appostli tiegħu, hija frott tal-imħabba, imħabba li gġandha s-sors tagħha f’Alla stess. Għaliex Alla huwa mħabba, Waqt li jistiednu liż-żgħażagħ biex jimxu flimkien għall-paċi, il-Knisja u l-Papa jistiednu biex jidħlu iktar profondament f’dik ir-realtà, f’dak il-misteru li huwa rappreżentat minn Kristu redentur tal-Bniedem, Kristu ħabib taż-żgħażagħ. Tidħlu iktar profondament f’din ir-realtà, issiru tafuha u tifentifikaw ruħkom fiha dejjem iktar, issibu lilkom infuskom fi Kristu u Kristu fikom, f’qalbkom: din hija l-mixja tal-insara, ta’ tant sekli: il-mixja tal-insara miż-żminijiet ta’ San Damaso meta fil-Knisja ta’ Ruma u fl-imperu Ruman kollu kien hemm diġa l-paċi; il-mixja tal-insara wkoll fiż-żmiijiet ta’ San Lawrenz meta l-Knisja kienet ippersegwitata u kien hemm tant martri bħalu, id-djaknu martri.
Hekk hu, din it-triq, din il-mixja li ddum tant ġenerazzjonijiet, għal tant sekli, twettaq dejjem il possibli ġdid għall-umanità. Naturalment, kull ġenerazzjoni trid mill-ġdid terġa tiskoprih fil-kuntest storiku propju. U hekk hu li intom imsejħa biex terġgħu tiskopru dik il-mixja fi Kristu fil-kuntest speċifiku tal-XX seklu, anzi mit-tmiem tal XX seklu, mit-tmiem tat-tieni millennju. Dan kollu jinsab fil-konċett li ż-żgħażagż u l-paċi jimxu flimkien. U jiena nawguralkom li timxu flimkien mal-paċi, għaliex ifisser li timxu ma’ Kristu. Imberikkom, lilkom u lill-familji tagħkom, flimkien mal-Kardinal Poletti u lill-isqfijiet hawn preżenti.
Lill-gruppi tal-apostolat
Jistà jkun li ebda parroċċa oħra f’Ruma, ma tistà tgħodd tant palazzi hekk għonja bl-arti u bit-tradizzjoni. Hija rassew Rumana. Imma ma nistgħux nieqfu fuq il-ħwejjeġ, hemm bżonn li nidħlu f’kuntatt mal-persuni, mal-komunità parrokkjali. Diġa fl-omelija sellimt lill-gruppi apostoliċi kollha ta’ din il-parroċċa, verament preżenti, organizzata, fid-diversi gruppi apostoliċi. Parroċċa għanja bl-apostolat, din hija l-impressjoni tiegħi. Nawguralkom, għeżież ħuti, li tappartienu lil dawn il-grupp, li tagħmlu apostolate fruttuż, fifferenti apertament għaliex differenti huma l-karatteristiċi tal-gruppi tagħkom. Imma kollha tagħtu ħajja lill-gġaqda tal-ħajja parrokkjali, tikkostitwixxu komunità, komunità nisranija. Nawguralkom li ssibu, f’dan l-apostolat, il-mixja tagħkom ta’ salvazzjoni, ta’ salvazzjoni eterna. Ilkoll ninsabu f’din il-mixja lejn id-destini aħħarin tal-bniedem, li huma f’Alla biss, għaliex f’Alla biss il-bniedem jistà verament jgħix.
Id-dinja għandha l-limiti tagħha u hekk il-bniedem fid-dinja. Ħajja bla tmiem, għall-bniedem, hija konċepibli biss f’Alla, U ħajjitna hija mixja lejn Alla. Nawguralkom li fi tmiem dan l-apostolat intom tkunu tistgħu tilraqgħu ma’ Missierna komuni li jistenniena f’daru, kif qal Ġesù. Imberikkom flimkien mal-gruppi tagħkom u mal-familji tagħkom.
© Copyright 1985 – Libreria Editrice Vaticana
