Omelija ta’ Ġwanni Pawlu II fil-Bażilika ta’ Santa Sabina all’Aventino

ĊELEBRAZZJONI TAL-KELMA
FIL-BAŻILIKA TA’ SANTA SABINA ALL’AVENTINO

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

L-Erbgħa tal-Irmied, 20 ta’ Frar 1985

1. “Ċarrtu  qlubkom mhux ilbieskom” (Gl 2, 13).

Il-Knisja illum tlissen il-kliem tal-profeta Ġoel waqt li fl-istess ħin tħabbar il-bidu tsr-Randan.

Fi żmien l-istedina għas-sawm kellha tkun magħquda mat-twissija: La ċċartux il-ħwejjeġ, imma qlubkom!

Dak kien iż-żmien ta’ Ġoel.

U, bħalu, kien iż-żmien ta’ Ġesù ta’ Nażżaret: “Attenti milli tipprattikaw l-opri tajba tagħkom quddiem il-bnedmin biex tkunu Ammirati minnhom . . .

Mela meta tagħmel il-karità, la ddoqqx it-tronba quddiemek, bħalma jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor . . .

Meta titlob, toqgħodx fil-kantunieri tal-pjazez, biex jarawk in-nies . . .

U meta issum tqassasx wiċċek, biex turi lin-nies li qiegħed issum  (cf. Mt 6, 1. 2. 5. 16).

2. Kien hemm żmien li fih il-Knisja, waqt li tħabbar ir-Randan, kellha twissi kontra l-frugħa: kontra l-ipokrezija tas-sawm, tat-talb, tal-karità.

Illum dan ma jidhirx li jikkostitwixxi perikolu.

Ir-riskju jinsab band’oħra: jiġifieri fil-fatt li l-proklamazzjoni tar-Randan issir għal bosta “leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert” (cf. Mk 1, 3).

Iva. Illum hija mwarrba l-frugħa, huwa mwarrab dak li juri ruħu minn barra ( jew taparsi) is-sawm, imma spiss il-bnrdmin la jsibu ġo fihom, linqas ma jippruvaw isibu x’inhu “minn ġewwa” is-sawm; xinhu fih innifsu l-kontenut u s-suatanza evanġelika r-Randan.

Intilfet dik iċ”ċella” interna, li fiha jeħtieġ nidħlu, biex nibqgħu weħidna, weħidna ma’ Alla, li huwa l-qdusija, li huwa l-imħabba u l-ħniena. Ma’ Alla li huwa r-realtà penetranti!

“Il-Mulej ġietu għira għall-art tiegħu u għader il-poplu tiegħu” (Gl 2, 18).

3. Ir-Randan huwa sejħa għall-opri: talb, karità u sawm, imma ferm iktar, sejħa għall-iskoperta ta’ dik “l-imħabba għajjura” ta’ Alla, li hija magħquda mal-ħniena.

L-imħabba ta’ Alla hija għajjuras tal-krejatura, tal-bniedem monħabba d’dnub li huwa tradiment tal-imħabba ta’ dak li jħobb. Bdanakollu fl-istess ħin l-imħabba hija ħanina minħasbba d-dnub . . .

Tibda r-Randan, tilqà s-sejħa tal-Irmied ifisser terġà ssib fik innifsek is-sensibiltà għal dak kollu li huwa dnub.

Terġà ssib din is-sensibiltà ifisser eżattament “tqattà qalbek”, skont kliem il-profeta.

Ċaħda tar-Randan hija l-qalb umana magħluqa fiha nfisha, imfawra; il-kuxjenza insensibli, falza.

4. Dan “it- tqattà qalbek” – is-sensibiltà tal-kuxjenza – irid ikun eżemplat fuq l-istqarrija ta’ David: “Għax jien narafhom ħtijieti, / id-dnub tiegħi dejjem quddiemek. / Kontrik biss jiena dnibt (“tibi soli peccavi”!), / u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt” (Sal 51, 5-6).

L-imħabba ta’ Alla hija “għajjura” minħabba d-dnub miżinterpretat, mhux imsejjaħ b’ismu, moħbi fil-fond tal-kuxjenza, biex ma ssibx ruħek bih quddiem Alla.

L-imħabba ta’ Alla trid biss dik is-sinċerità – dik il-verità interna tal-istqarrija ta’ David – għaliex hija kapaċi “toħloq fil-bniedem (fil-midneb) qalb safja” u li “ġġedded spirtu sod . . .tirrendi spirtu ġeneruż” (Sal 51, 12.14).

5. Hija b’saħħitha din l-imħabba, hija omnipotenti quddiem id-dnub, għaliex propju hu, din l-imħabba, jagħmel iva li “dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, (jiifieri Kristu, Iben mill-istess sustanza tal-Missier), Alla għamlu dnub għalina, sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla” (2 Kor 5, 21).

Din l-omnipotenza tal-imħabba, f’Alla tissejjaħ redenzjoni. Fil-bidu tar-Randan il-Knisja tfakkar il-misteru kollu tar-redenzjoni. Tesprimi l-immensità tal-grazzja li hemm fiha.

Tieħu ħsieb ħaġa waħda biss, għal ħaġa waħda biss tirtogħod bħal amministratur li jaħseb dwar xogħolu, bħal omm mimlija mħabba  attenta “li ma tirċevix il-grazzja ta’ Alla għalxejn” (2 Kor 6, 1). Biex ma taħlihiex.

6. Minn hawn jitnissel dak is-sinjal liturġiku tallum – prekristjan. Veterotestamentariju(tat-Testment il-Qadim),  perenni – “l-irmied”, li l-Knisja tagħmel fuq ras uliedha kollha maskili u femminili.

Dan is-sinjal jiġbor fih dik l-istedina profonda, penetranti kollha: “Ċarrtu l-qalb, mhux ħwejjiġkom . . .”, sabiex f’kull wieħed u waħba minnkom tisvela ruħha sal-aħħar, sal-qiegħ ir-realtà tar-redenzjoni. Il-verità tal-imħabba għajjura ta’ Alla, li tilqà s-salib u l-mewt, biex tirbaħ lill-mewt u lid-dnub, biex ġġiegħel il-ħajja tiffjorixxi.

Jalla s-salib ukoll għandu jibqà leħen li jgħajjat fid-deżert?

Permezzt al-liturġija tal-Irmied, il-Knisja tixtieq tipproponi mill-ġdid l-eżortazzjoni apostolika tagħha Rikonċilhazzjoni u Penitenza, li nibtet mix-xogħlijiet tal-aħħar Sinodu tal-isqfijiet, Permezzt tal-liturġija tal-Irmied, il-Knisja titlob li “id-deżert” isir art fertili, li l-ulied maskili u femminili ta’ din l-art jiskopru dejjem mill-ġdid ir-Randan bħala “żmien tas-salvazzjoni”.

 © Copyright 1985 – Libreria Editrice Vaticana

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?