L-Ispirtu s-Santu hu l-ħmira li ssalva lin-nisrani

Il-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru 2018. Nibqgħu dejjem mexjin ‘il quddiem ‘bil-ħmira tal-Ispirtu s-Santu’ li jmexxina lejn dak il-wirt li ħallielna lkoll il-Mulej.  Din kienet l-eżortazzjoni li għamel il-Papa Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Continue reading “L-Ispirtu s-Santu hu l-ħmira li ssalva lin-nisrani”

L-anġli kustodji huma l-bieb li kuljum iressaqna lejn it-traxxendenza

It-Tlieta 2 ta’ Ottubru 2018. F’jum il-festa tal-Anġli Kustodji qaddisa l-Papa ddedika l-quddiesa għal soru fl-okkażjoni tal-25 sena ta’ ħajja reliġjuża. Hija kienet preżenti għaċ-ċelebrazzjoni. Imnebbaħ mill-qari tal-liturġija tal-ġurnata, il-Papa tkellem dwar ir-rwol ta’ dawn il-protetturi, anġli, ħarriesa, boxxla li turina t-triq tal-ħajja, bieb miftuħ li jressaqna lejn Alla. Continue reading “L-anġli kustodji huma l-bieb li kuljum iressaqna lejn it-traxxendenza”

“Il-Knisja għandha jkollha l-kuraġġ li titkellem bis-sinċerità”

It-Tnejn 13 ta’ April 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-mixja tal-Knisja hi dik tas-sinċerità, li tgħid l-affarijiet kif inhuma bil-libertà, afferma l-Papa Franġisku dalgħodu waqt l-omelija tal-quddiesa fid-Dar Santa Marta.  Kif indunaw l-Appostli wara l-qawmien ta’ Kristu, l-Ispirtu s-Santu biss jista’ jibdel l-atteġġjament tagħna, l-istorja ta’ ħajjitna, u jnissel fina l-kuraġġ.

Continue reading ““Il-Knisja għandha jkollha l-kuraġġ li titkellem bis-sinċerità””

Il-ferħ jiġi mill-fidi f’Ġesù mhux mir-regoli dottrinali

Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Mhux ir-regola riġida dottrinali tagħti l-veru ferħ imma l-fidi u t-tama tal-laqgħa ma’ Ġesù. Bniedem li jemmen imma li ma jafx jifraħ iġiblek ħniena. Il-Papa Franġisku afferma dan dalgħodu, waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Continue reading “Il-ferħ jiġi mill-fidi f’Ġesù mhux mir-regoli dottrinali”

Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa tgħinna naċċettaw it-toroq t’Alla

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Illum il-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha bex jaċċettaw l-imħabba t’Alla mingħajr ma jikkritikaw u jsibu oġġezzjonijiet. Din l-istedina għamilha waqt l-omelija tal-quddiesa li qaddes fil-kappella tad-Dar Santa Marta fil-Vatikan.

Continue reading “Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa tgħinna naċċettaw it-toroq t’Alla”

Fejn m’hemmx ħniena, m’hemmx ġustizzja

It-Tnejn, 23 ta’ Marzu 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Fejn m’hemmx ħniena m’hemmx ġustizzja u ħafna drabi, illum il-ġurnata, il-poplu t’Alla jsofri ġudizzju nieqes mill-ħniena. Hekk afferma dalgħodu l-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.

Continue reading “Fejn m’hemmx ħniena, m’hemmx ġustizzja”