Omelija tal-E.T. Mario Grech fit-Tiġdid tal-Wegħdiet tal-membri tal-Komunità Anawim

It-Tnejn, 2 ta’  Dicembru  2017: Omelija tal-E.T. Mario Grech, Isqof t’Għawdex fl-okkażżjoni tat-Tiġdid tal-Wegħdiet tal-membri tal-Komunità Anawim.

Omelija tal-E.T. Mario Grech

 Fil-kuntest ta’ dan iż-żmien j’Alla Kristu jitwieled fina u jaqtalna xewqatna.  Aħna u nirriflettu ċ-ċkunija  aħna rridu nippruvaw inkunu bħal fjamma li togħla u issir ħuġġieġa.

Fl-ingliż għandna espressjoni ‘Much needs more’.  Il-bniedem ma jiġba b’xejn, dejjem irid għax dak li jikseb ma jissodisfaħx għax mhux kull ma jleqq hu deheb. Insibu ħafna eżempji ta’ dan fejn il-bniedem jagħmel din l-esperjenza u ma jkunx sodisfatt.

Il-fatt hu li llum ilkoll niġru b’ilsienna barra f’tellieqa mal-ħajja biex nassiguraw lilna nfusna, u nakkumulaw iżjed għalina.  Fl-istess ħin ma hemmx kuntentizza. L-iskuntentizza tinħass verament. Naħseb li għandna ċertu aspirazzjonijiet, stennija, aspettattivi iżda mhux dak li naħsbu li ser jaqtalna xewqatna ser jissodisfana għax bħal ma jgħid Santu Wistin ‘Il-qalb tintela’ biss meta ssib lil Alla’.

Nistgħu ninterpretaw lis-soċjetà bħala waħda li qed tfittex iżda ma tafx l-oġġett tax-xewqat tagħha.  Din l-istennija hija tagħna wkoll, aħna wkoll naqgħu f’din il-kategorija. Inġib l-eżempju tagħna l-qasisin- min hu qassis forsi irid isir arċipriet.  Fil-ħajja hemm esperjenzi bħal dawn.  Mhux garantit li  aħna konxji x’jimlilna qalbna. Iżda Ġesu biss jista’ jagħmel dan.

Qegħdin fi żmien ta’stennija, il-ħajja kollha kemm hi hija stennija.  Bħala Anawim noqogħdu attenti biex nindividwaw ix-xewqat tal-bniedem tal-lum, anke ix-xewqat mondani, materjali, għax warajhom hemm moħbija l-aspettattiva għal Alla.  Anke jekk l-aspettattiva fiha nfisha mhix tajba, f’dawk ix-xewqat jista’ jkun li bniedem ikun qed ifittex dak li jimlielu qalbu.

F’dan l-aspett, hija l-missjoni tagħna li naraw kif nistgħu ngħinu lill-bniedem joħroġ fid-dieher u jagħmel aktar ċar dak li qed jistenna.  F’dawn ix-xewqat ta’ iktar flus u iktar esperjenza ta’ mħabba jista jkun hemm esperjenza ta’ Alla.  Din tkun xrara, żerriegħa, karba moħbija biex il-bniedem isib lil Alla.

Mhux biss anke x-xewqat tas-soċjetà, anke jekk lajkali, jista’ ikun li għandhom xewqat profondi għax qed ifittxu lil Alla.  Dan mhux xogħol ħafif iżda riskjuż għax nistgħu niżbaljaw.  Bħala Knisja rridu nagħmluh.  Mela irridu nagħtuhom lil Ġesu u din tiddependi mill-ħajja tagħna.  Ħadd ma jista jagħti minn dak li m’għandux.

Wara li niskopru xi jħoss, irridu ngħinu lill-bniedem biex jasal għax-xewqa vera tiegħu u sseħlu din il-laqgħa ma Ġesu.  Bħal fil-karba tal-Profeta Isaija, “Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm!” nifhmu u nemmnu li taħt dawn ix-xewqat tal-bniedem tal-lum ikun hemm karba għal Alla. B’dan il-mod inkunu qed nagħtu tifsira lil ħajja tal-bniedem u hekk ngħinuh jagħmel esperjenza ta’ Alla.

Dan nistgħu nagħmluh b’affarijiet żgħar ħafna, fiċ-ċkunija tagħna.  Dawn jistgħu ikunu ċ-ċavetta li tagħti tifsira lill-ħajja tal-bniedem.

Kumment ta’ Mons Isqof wara ċ-ċeremonja tat-Tiġdid tal-Wegħdiet

L-Isqof wera l-apprezzament tiegħu lil-membri tal-Komunità Anawim, din is-sena qed jirriflettu dwar u jippruvaw jgħixu ‘iċ-ċkunija’, karatteristika tal-anawim tat-testment il-qadim.  Huwa awgura lill-membri li jiftħu qalbhom għall-miġja tal-Mulej hekk kif l-anawim kienu jistennew b’ħeġġa il-miġja tal-Messija mwiegħed lill-poplu lhudi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading