Il-Papa Pawlu VI se jkun iddikjarat qaddis fl-2018


Fil-laqgħa li ta’ kull sena fir-Randan il-Papa jkollu mas-saċerdoti ta’ Ruma, il-Papa Franġisku kkonferma li l-Beatu Pawlu VI se jkun kanonizzat u jsir qaddis din is-sena. Matul din il-laqgħa l-Papa wieġeb fit-tul għal numru ta’ domandi li sarulu mill-qassisin u fi tmiem il-laqgħa qassmilhom ktieb b’meditazzjonijiet tal-Papa Pawlu VI għax qal li dan il-ktieb rah u għoġbu.

462px-Pope_Paul_VI_portraitPapa Franġisku żied jgħid li hemm żewġ isqfijiet ta’ Ruma li diġà saru qaddisin – San Ġwanni XXIII u San Ġwanni Pawlu II – li kienu kanonizzati flimkien fl-2014.

Hu żied li barra l-Beatu Pawlu VI il-kawża għall-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu I ukoll miexja sew. “U jien u Benedittu qegħdin fil-lista ta’ stennija: itolbu għalina!”

Fis-6 ta’ dan ix-xahar il-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin approva b’vot unanimu it-tieni miraklu li hu meħtieġ biex wieħed ikun iddikjarat qaddis, li seħħ bl-interċessjoni tal-Papa Pawlu VI.

Issa jmiss li l-Papa Franġisku jagħti l-approvazzjoni tiegħu permezz ta’ digriet uffiċjali li jrid joħroġ mill-Vatikan. Imbagħad titħabbar id-data tal-kanonizzazzjoni.

Hu maħsub li din tista’ ssir f’Ottubru li ġej waqt li jkun qed jiltaqa’ s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ.

It-tieni miraklu attribwit lill-Papa Pawlu VI hu l-fejqan ta’ tarbija mhux imwielda li meta kienet għadha fil-ħames xahar tat-tqala, l-omm minn Verona nstab li mardet u kienet fil-periklu tal-mewt u magħha kienet fil-periklu tal-mewt it-tarbija li kien qed iġġorr fil-ġuf tagħha. It-tobba kien taw parir lill-omm biex tagħmel abort iżda hi rrifjutat.
F’Otturbu 2014 ftit wara li kien dikjarat Beatu, l-omm marret titlob lill-Beatu Pawlu VI fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fi Brescia u eventwalment it-tarbija, tifla, twieldet qawwija u sħiħa u għadha f’saħħitha sal-lum.

It-tobba ma setgħux jagħtu spjegazzjoni għal dan il-fejqan filwaqt li t-teologi tal-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin qablu li l-fejqan seħħ fl-interċessjoni tal-Papa Pawlu VI.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.