Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 12, 20-33

F’kapitlu 2 is-siegħa kienet għadha ma waslitx u sa kapitlu 7, għalkemm isemmi li kient waslet, Ġesù jaf u jgħi dli kien għa dmhux il-waqt. Iżda f’kapitlu 12, San Ġwann jgħidilna li issa kollox wasal biex jintemm sa ma ntemm għal kollox fi ftit kapitli wara fuq is-salib. Kollox mitmum.

Din hi l-aħħar żjara ta’ Ġesù bħala bniedem għall-Għid f’Ġerusalemm. Minn hemm ’il quddiem jidħol f’Ġerusalemm tas-Sema għall-Għid ta’ dejjem. Siegħa li waslet biex tiftaħ mill-ġdid il-ħajja ma’ Alla fl-eternità għal min irid u jagħmel l-għażliet li jwassluh għaliha.

Fl-ewwel Ħadd tal-Passjoni, il-Knisja tqiegħdilna quddiemna din is-silta minn San Ġwann biex tiftħilna beraħ quddiemna il-ġrajjiet li se ngħixu matul dawn il-jiem li ġejjin, l-iktar fit-tlitt ijiem imqaddsa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej. Il-Griegi jfittxu lil Ġesù. Leħnu ġie tradott u qanqal kurżità. In-nies li jfittxu l-għerf jitħajru jidħlu iktar fil-qalba ta’ dak li kien qed iwassal għerf ġdid. Dawn għarfu li biex jifhmu dak li jgħid iridu jsiru jafu min hu, iridu jsiru jafuh personalment; xi ħaġa li l-Lhud ma’ għamlux u ma riedux jagħmlu għax dejjem kejlu b’xibirhom u raw biss sal-ponta ta’ mneħierhom. Il-Lhud ma riedux jissugraw iqumu min fuq is-siġġu komdu tagħhom u jaraw jekk dakli kienu jaħsbu huma kienx biżżejjed biex jagħrblu u jiġġudikaw x’kien il-messaġġ li Alla qed jibgħatilhom u b’fomm min qed jibgħatu.

Ikkonvertew il-Griegi li fittxu lil Ġesù? Emmnu fih? San Ġwann ma jgħidilniex. Jgħidilna biss x’kienet ir-rejazzjoni ta’ Ġesù għal dan il-pass kbir fil-ħidma tiegħu, pass li, minħabba li Ġwanni kiteb l-Evanġelju tiegħu tard ħafna fl-ewwel seklu, kien diġa seħħ u beda jħalli l-frott.

Ġesù jitkellem fuq il-glorifikazzjoni tiegħu, il-ġieh li hu jieħu, is-sodisfazzjon tiegħu, mhux wisq għax fittxewh il-Griegi, iżda għax wasal il-ħin li hu jitgħolla biex ikun mezz ta’ fejqan għall-bnedmin kollha, Lhud u Griegi, ilsira u ħielsa, raġel u mara. Meta jintrefa’ ’l fuq mill-art, jiġbed lill-bnedmin kollha lejh. Forsi jidher li Ġesù qed jgħid li fit-tbatija tas-salib hemm kalamita għall-bnedmin. Forsi aħna wkoll nemmnu li t-tbatija ddgħajjef il-qalb iebsa tagħna u ġġiegħlna, kultant anke bla ma rridu, nirrevedu s-sitwazzjoni tagħna għax nitħassruh u fih nitħassru lilna nfusna. Iżda faċli ħafna ninsew li fit-tbatija tas-salib, fil-mewt tiegħu fuq is-salib, hemm raġuni moħbija li kulħadd jaf x’inhi. Mhix it-telqa qerrieda ta’ min iċedi; mhix l-abbandun għal dak kollu li jista’ jiġri u li m’għandniex kontroll fuqu; mhis l-ubbidjenza għamja ta’ min jaf li jekk ma jobdix se jaqlagħha. Hija t-tbatija mqanqla minn għotja ta’ mħabba assoluta; it-tbatija tas-salib hija l-istess imħabba espress amhux bil-kliem iżda bil-għemil; hija l-ħabba tal-qamħ li ma tibqax egoista u ta’ weħidha iżda ssir imħabba fid-difna tagħha fil-ħamrija biex mill-mewt tagħha toħroġ u tagħmel il-frott il-ħajja. Għalkemm il-ħabba tmut, tagħmel il-frott u f’dak il-frott tgħix hi mill-ġdid.

Id-dinja li għex Ġesù fiha dan ma fehmitux. Wisq inqas tifhmu d-dinja ta’ żmienna. Id-dinja ta’ żmienna dan tarah bħala theddida għall-eżaltazzjoni tal-bniedem, l-individwu li jrid jibqa’ individwu biex jisserdaq fuq l-oħrajn minflok jingħata għalihom, l-individwu li jara fit-tisħib tiegħu mal-oħrajn u tal-oħrajn miegħu periklu kbir għall-egoiżmu tiegħu. Il-bniedem jaħseb li jekk jissieħeb mal-oħrajn u jingħata għalihom f’imħabba assoluta, mhux jitlef li għandu, iżda jintilef hu, ma jibqax jidher, jisparixxi u allura jipprova jitgħolla ’l fuq mhux biex jiġbed lill-oħrajn lejh iżda biex jitbiegħed kemm jista’ jkun minnhom.

Sinjal li jmeruh, il-bieraħ illum u dejjem, iżda safrattant sinjal li jibqa’ jiġbed għax fih il-bniedem, anke jekk mgħaffeġ taħt it-toqol tal-ħajja u tiegħu innifsu, jara dawl ta’ tama, għotja b’xejn ta’ mħabba, bidu ta’ ħajja ħafna aħjar. Huwa sinjal li jiġbed lejh mhux biss għħax fih hemm il-faraġ minn dak kollu li jnikket, għax hu jifhimna għax għadda minn dak li ngħaddu minnu aħna, imma għax fih kulħad djara, il-possibiltà li dak li jtaqqal jingħeleb u l-ħajja ssir differenti, aħna nsiru differenti, jiena nsir differenti. Wara kollox veru li jiġbed lill-bnedmin kollh alejh, iżd al-ewwel u qabel kollox jiġbed lili, jiġbed lilek, jiġbed lill kull min iħares lejh u fid-dizzjunarju ta’ qalbu jagħraf li f’dik ix-xbieha bla sura li ġġiegħlek iddawwar l-ħarsa ta’ għajnejk in-naħa l-oħra, jilmaħ ħaġa waħda: hemm min iħobbni u ta ħajtu għalija; miet hu biex ngħix jien u jgħix kull bniedem ieħor li jħartes lejh u jħallih jiftaħlu qalbu għal kull min irid jidħol fiha.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: