L-Ittra tal-Papa lit-teologu Stephen Walford


Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018: “Il-Papa Franġisku, il-familja u d-divorzju. Niddefendu l-verità u l-ħniena” huwa t-titlu ta’ ktieb li ħiereġ dalwaqt, miktub minn Stephem Walford, kollu dedikat lill-Eżortazzjoni Apostolika “Il-Ferħ tal-Imħabba”, ktieb li l-Papa qiesu b’mod favorevoli tant li kiteb ittra lill-awtur li qed tidher sħiħa fil-pubblikazzjoni tal-Ġiżwiti “La Civiltà Cattolica”.

walford_with_pope_1_810_500_75_s_c1.jpgFranġisku kien kiteb l-ittra fl-1 ta’ Awwissu tas-sena li għaddiet, ittra li saret id-daħla tal-ktieb. Fiha l-Qdusija Tiegħu ma jindirzzax biss lit-teologu imma wkoll lill-missier ta’ familja u jisħaq li l-Eżortazzjoni tittratta ħafna mill-problemi li llum qed ikiddu lill-familja fid-dawl tal-istudju tal-imġieba umana u soċjali tal-bniedem, affrontati mid-dokument fis-sħuħija tiegħu.

Il-Papa fakkar iż-żjara li kienet għamlitlu fil-Vatikan il-familja Walford, filwaqt li ddeskriviha bħala “espressjoni konkreta tal-”Amoris Laetitia” u jżid jikkwota xi punti mid-dokument li huma frott it-talb li jimmira lejn il-qadi.

L-Eżortazzjoni Appostolika, jikteb il-Papa Bergoglio, hi frott ta’ mixja ekkleżjali twila u ta’ żewġ Sinodi b’konsultazzjoni mal-Knejjes lokali permezz tal-Konfernzi Episkopali. Ħadu sehem fil-konsultazzjonijiet ukoll, Istituti tal-Ħajja Konsagarta u istituzzjonijiet oħrajn bħalma huma l-universitajiet kattoliċi u assoċjazzjonijiet lajkali. Il-Knsija kollha, kompla jikteb Franġisku, talbet, irriflettiet u bis-sempliċità tat il-kontribuzzjoni tagħha. Is-Sinodi mbgħad waslu għall-konklużjonijiet tagħhom.

20180821t1223-19563-cns-walford-pope-amoris_800.jpgĦaġa li laqtitni l-aktar, tkompli l-ittra tal-Papa Bergoglio, kienet ix-xewqa li nfittxu x’inhi r-rieda t’Alla biex inkunu nistgħu nservu aħjar lill-Knisja. Dan sar bir-riflessjoni, bil-bdil ta’ opinjonijiet, bit-talb u bid-dixxerniment. Naturalment, matul il-mixja t-tentazzjonijiet ma naqsux imma l-Ispirtu s-Santu dejjem ħareġ minn fuq.

Franġisku mill-ġdid saħaq li d-dokument irid jinqara sħiħ mill-bidu sal-aħħar u mhux bil-biċċiet għax pass pass jiżviluppa riflessjoni teoloġika dwar il-mod kif nistgħu naffrontaw il-problemi. Jekk l-Eżortazzjoni ma tinqarax mill-bidu sal-aħħar biex wieħed isegwi l-ordni tal-argumenti, mhux se tinftiehem, anzi l-interpretazzjoni tagħha se tkun mgħawġa.

Il-Qdusija Tiegħu hu tal-fehma li l-ktieb ta’ Walford se jkun utli għal ħafna familji għax jittratta l-problemi konkreti tagħhom. L-ittra tal-Papa Fraġisku ttemm b’tislima lill-mara u lil ulied Stephen Walford u ringrazzjament għat-testimonjanza tal-ħajja li huma jagħtu, minbarra, bħas-soltu, l-istedina biex jitolbu għalih.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.