Stedina mill-Papa Franġisku biex matul Ottubru nitolbu r-Rużarju kuljum

Is-Sibt 29 ta’ Ottubru 2018:  Il-Papa Franġisku stieden lill-insara kollha sabiex matul ix-xahar ta’ Ottubru, jitolbu kuljum ir-Rużarju u jitolbu lill-Verġni Marija u lill-Arkanġlu San Mikiel biex iħarsu l-Knisja mix-xitan li qed jipprova jifred il-komunità nisranija.

Il-Papa għadda dan l-appell lis-Saċerdot Ġiżwita Padre Frédéric Fornos li huwa id-Direttur Internazzjonali tan-Network Dinji ta’ Talb għall-Papa.

Matul il-quddiesa ċelebrata f’Dar Santa Marta fil-11 ta’ Settembru li għadda, Franġisku kien qal li t-talb hija dik il-qawwa li tirbah lill-Akkużatur il-Kbir, ix-Xitan li b’mod partikolari f’dawn iż-żmijiet qed idur id-dinja kollha jakkuża u jiskandalizza.

Din il-kampanja speċjali ta’ talb tibda fl-ewwel ta’ Ottubru, meta nagħmlu t-tifkira ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u għandha l-għan ukoll li l-Knisja tagħraf dejjem aktar l-iżbalji u l-abbużi li jsiru, b’impenn imġedded li tkompli titqabad biex il-ħażin ma jirbaħx.

Jekk tixtieq għajnuna biex titlob ir-Rużarju kuljum tista’ tidħol f’din paġna tal-Laikos  … http://www.laikos.org/tvl-nitolbu.htm

Isma’ aktar dettalji fl-intervista ma’ Padre Fornos (bit-Taljan)

[soundcloud url=”https://api.soundcloud.com/tracks/507023526″ params=”color=#ff5500&auto_play=false&hide_related=true&show_comments=false&show_user=false&show_reposts=false&show_teaser=false&visual=true” width=”100%” height=”300″ iframe=”true” /]

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading