Il-Papa f’Santa Marta: Xhieda tfisser li tkisser drawwa biex turi l-ħniena


Il-Ħamis, 8 ta’ Mejju 2018: Ix-xhieda, it-tgemgim, il-mistoqsija: huma t-tliet kelmiet li l-Papa Franġisku bena fuqhom l-omelija li għamel dalgħodu l-Ħamis 8 ta’ Novembru waqt il-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Il-Papa kien qed jirrifletti fuq is-silta tal-Vanġelu meħuda minn San Luqa li fiha naqraw li l-fariżej bdew igemgmu kontra Ġesù għax jiekol mal-midinbin u l-publikani.

Qabel kollox għandna x-xhieda li jtina Ġesù. Ħaġa ġdida għal dak iż-żmien meta l-kumpanija tal-midinbin, li dak li jkun kienet tniġġsu, daqslikieku kien qed imiss lebbruż. Kien għalhekk li d-dutturi tal-Liġi kienu jżommu bogħod minnhom. Matul l-istorja, osserva l-Papa, ix-xhieda qatt ma kienet xi ħaġa komda la għax-xhud u lanqas għas-setgħana, tant li kien hemm xhieda li ħallsu bil-martirju.

Ix-xhieda tfisser li tkisser drawwa, imġieba, biex tibdilha għall-aħjar. Huwa għalhekk li l-Knisja timxi ‘l quddiem bix-xhieda, għax mhux il-kliem jiġbed imma hi x-xhieda tkabbar il-Knisja. U Ġesù jagħti xhieda, ħaġa mhux tant ġdida għax Alla minn dejjem kien ħanin, anki fit-Testment l-Antik.

Dawn in-nies ma fehemux xi tfisser “ħniena rrid u mhux sagrifiċċju”, kienu jaqrawha imma ma jifhmux x’inhi l-ħniena. Bl-imġieba tiegħu Ġesù jxandar dil-ħniena bix-xhieda li jagħti. Ix-xhieda, tenna l-Papa, tkisser drawwa imma fiha wkoll riskju.

Ix-xhieda li jagħti Ġesù tipprovoka t-tgemgim u minflok jgħidu: “Dan jilqa’ lill-midinbin u qed jipprova jikkonvertihom”, l-iskribi u l-fariżej jgħidu: “jagħmilha mal-midinbin u jiekol magħhom”.

Dad-dnub tat-tgemgim hu ħaġa ta’ kuljum, osserva Franġisku, kemm fil-privat u anki pubblikament. Minflok infittxu d-djalogu, minflok nippruvaw insolvu s-sitwazzjoni tan-nuqqas ta’ ftehim, ingemgmu, għax neqsin mill-kuraġġ li ngħidu l-affarijiet ċar.

Tgemgim fis-soċjeta, fil-parroċċa. Kif naraw xi ħaġa jew xi ħadd li jdoqqulniex… u tgemgim fid-djoċesijiet ukoll biex ma nsemmux il-politika. Dan hu ikraħ ħafna. Meta gvern ma jkunx onest jipprova jħammeġ lill-avversarji bil-qlajjiet. Gvern dittatorjali l-ewwel jaħtaf f’idejh il-mezzi tal-komunikazzjoni u jibda jxerred qlajjiet biex iċekken li kull min iqisu periklu għalih. Hi ħarba mir-realtà, mod li bih ma tħallix lin-nies jaħsbu.

Bħala tweġiba għat-tgemgim tal-iskribi u l-fariżej, Ġesù juża l-metodu tagħhom, il-mistoqsija. Huma jagħmluha biex jonsbuh, imma l-mistoqsija ta’ Ġesù għandha għan differenti. Ġesu jistaqsihom: min minnhom tintiliflu nagħġa u ma jħallix lid-disa’ u disgħin biex imur ifittxha?

Imma huma jirraġunaw li l-importanti d-disa’ u disgħin l-oħra. Din hi l-loġika tal-fariżej, tad-dutturi tal-Liġi, ikkummenta l-Papa. Għalhekk ma jmorrux jitkellmu mal-midinbin, ma jmorrux mal-pubblikani, għax aħjar jekk ma jħammġux idejhom, għax hemm ir-riskju.

Il-mistoqsija ta’ Ġesù hi inteliġenti għax joqrsohom fil-laħam il-ħaj meta jistaqsihom: Min minnkom?. Ħadd minnhom ma jwieġeb: “Minnu li qed tgħid”. Ifisser li m’għandhomx ħila jaħfru, iħnennu, jilqgħu.

Fi tmiem l-omelija l-Papa Franġisku fakkar it-tliet kelmiet li fuqhom bena r-riflessjoni tiegħu u żied oħra: il-ferħ. Kull min jimxi fit-triq tad-dutturi tal-Liġi qatt mhu ferħan, osserva Franġisku, dawn ma kienux jafu xi jfisser il-ferħ tal-Vanġelu. Jalla l-Mulej itina l-grazzja li nifhmu din il-loġika tal-Vanġelu li hi l-maqlub tal-loġika tad-dinja.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Joe Huber.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.