Avvent ma’ Marija – L-Ewwel Ġimgħa – L-Erbgħa


GĦARRAF

“Kif ikun dan?”. – Luqa 1:34

1 ErbghaMarija ma kinitx l-unika persuna li tkellmet ma’ anġlu. Fil-fatt, fl-istess kapitlu tal-Vanġelu ta’ Luqa naqraw li dak l-istess anġlu deher ukoll lil Żakkarija, missier Ġwanni l-Battista. It-tweġiba ta’ Żakkarija għal dak li Alla rrivelalu kienet mimlija dubju jekk Alla setax jagħmel ħaġa bħal din u jagħti wild lil martu ta’ sebgħin sena, Eliżabetta. It-tweġiba ta’ Marija f’Luqa 1:34 kienet differenti mid-dubju ta’ Żakkarija f’Luqa 1:18. Hawnhekk, Marija ma kinitx qiegħda tiddubita jekk Alla setax jagħmel ħaġa bħal din, imma biss kif kienet sa sseħħ.

Il-ħjiel hawn jinsab fl-istqarrija ta’ Marija li “ma nagħrafx raġel” (Lq 1:34). Skont l-Ignatius Catholic Study Bible: New Testament, “it-test Grieg litteralment jaqra hekk, ‘Ma nagħrafx raġel’, b’riferiment għall-istat verġinali ta’ Marija iktar milli għal jekk hix miżżewġa jew le. It-tħassib tagħha mhuwiex li għadha mhix miżżewġa, imma li bħalissa hi verġni u tixtieq tibqa’ hekk fil-futur. Għalhekk it-tħabbira ta’ tnissil mirakoluż iġġagħal lil Marija tistaqsi kif Alla sa jberikha b’iben u xorta jonora l-wegħda tagħha ta’ verġinità perpetwa”.

Marija tafu lil Alla. Hi taf ma’ min qed titkellem. Minflok toqgħod taħseb biss fuq il-mistoqsija tagħha, Marija tgħarraf lil Alla bil-ħsibijiet tagħha. Hemm differenza bejn li taħseb dwar Alla u li titkellem ma’ Alla. Fl-iktar definizzjoni sempliċi tiegħu, it-talb ifisser titkellem ma’ Alla. Id-devozzjoni, l-adorazzjoni, u l-interċessjoni għandhom storja twila; imma, jekk irridu niżviluppaw relazzjoni ma’ Alla, allura hemm bżonn nitkellmu ma’ Alla. Bla dubju, jekk ħa nitkellmu ma’ Alla, irridu nkunu konxji ta’ x’inhu tassew dak li hemm għaddej f’qalbna.

Skont kemm aħna konxji ta’ dak li qed jitqanqal fina, imbagħad inkunu kapaċi ngħidu lil Alla b’dawn il-ħwejjeġ. Għalhekk, hemm rabta bejn li ngħixu preżenti għall-mument ta’ issa u li nkunu konxji ta’ dak li għaddej tassew ġo fina u b’hekk inkunu nafu x’ħa ngħidulu lil Alla fit-talb.

X’inhu dak li għandek bżonn tgħid bih lil Alla? Xi ħsibijiet, sentimenti, jew xewqat tħoss li għandek taqsam miegħu? Għaddi ftit ħin ma’ Marija. Itlobha tgħallem kif tgħarraf b’kollox lil Alla.

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 42. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 42. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 1:34. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, nitolbok tħoll il-ħsibijiet, is-sentimenti, u x-xewqat tiegħi biex jien naqsam kollox miegħek”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.