L-Azzjoni Kattolika f’Malta qed tiċċelebra anniversarju importanti


It-Tlieta 19 ta’ Frar 2019: Seba’ snin wara l-pubblikazzjoni tal-Enċiklika Urbi Arcano tal-Papa Piju XI,  ir-Rev. Prof. Daniel Callus OP waqqaf il-“Lega Universitaria Cattolica Maltese”. L-istatut ġie approvat mill-Arċisqof Mawru Caruana fid-19 ta’ Frar 1930. Dan kien il-bidu tal-Azzjoni Kattolika f’Malta.

downloadIl-formazzjoni tal-individwi ma waqfitx. Madwar 1,500 huma membri fl-AKM, nofshom huma żgħażagħ. Dawn ta’ kull ġimgħa jimpenjaw ruħhom lejn l-iżvilupp tagħhom u ta’ ħaddieħor. Madwar 100 grupp ta’ persuni jqisu lil xulxin bħala t-tieni familja tagħhom.

Apparti dan, għaddejjin diversi proġetti u inizjattivi biex l-Azzjoni Kattolika tibqa’ tkun ta’ servizz u relevanti fis-soċjetà. Fosthom insibu l-proġett tad-dar Regina Pacis f’Ħal Balzan. Din id-dar qed titranġa sabiex toffri xelter temporanju lill-familja jew persuna fi bżonn. Tnieda wkoll proġett fl-Imġarr sabiex inkomplu nnaqqsu l-impatt fuq l-ambjent li nikkawżaw bl-attività tagħna. L-Azzjoni Kattolika qed teżamina kif tista’ tagħmel l-aħjar użu mill-proprjetajiet tagħha sabiex ikunu jistgħu jingħataw aktar għas-servizzi fil-komunità. Fil-fatt l-AKM qiegħda f’taħditiet ma’ diversi entitajiet biex nkomplu nsaħħu dan.

Il-pjan hu li fix-xhur u snin li ġejjin l-Azzjoni Kattolika tkompli tiffoka aktar fuq iż-żgħażagħ u l-familja u ġġedded u ssaħħaħ s-servizzi li jingħataw permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.