Imwaqqaf it-Tribunal tal-Kawża ta’ Fra Grazzja Gauci osa


Wara li fl-20 ta’ Diċembru 2018, Patri Josef Sciberras, Postulatur Ġenerali tal-Ordni tal- Patrijiet Agostinjani, ressaq it-talba lill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, biex jinfetaħ il-Proċess għall-Beatifikazzjoni u l-Kanonizzazzjoni ta’ Fra Grazzja (fis-seklu Nazzarenu) Gauci (1911-2015), dalgħodu fil-Kunvent ta’ Santu Wistin, il-Belt Victoria, saret l-ewwel seduta tat-Tribunal Ekkleżjastiku fil-preżenza tal-Isqof Grech, ta’ Patri Leslie Gatt, Provinċjal tal-Patrijiet Agostinjani Maltin, u ta’ Mons. Salv Debrincat, Kanċillier tal-Kurja.

FraGrazzja4

F’din l-ewwel sessjoni ħadu l-ġurament il-membri tat-Tribunal imwaqqaf apposta, li huma Mons. Edward Xuereb STh.D, JCD, Vigarju Ġudizzjali u Delegat tal-Isqof li ser imexxi dan l- istħarriġ, Mons. Arċipriet Trevor Sultana JCL, STh.B, Promotur tal-Ġustizzja, u Annunziata Grech M.A., nutar.

Fil-jiem li ġejjin it-Tribunal ser jibda jisma’ x-xhieda.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.