Messaġġ tal-Papa biex iħeġġeġ il-protezzjoni tal-membri l-aktar vulnerabbli tal-Knisja


Il-parteċipanti f’kors ta’ xahar li sar fl-Università Pontifiċja tal-Messiku, kellhom sorpriża meta f’nofs it-tielet ġimgħa l-Papa Franġisku bagħat messaġġ bil-vidjow biex iħeġġiġhom jipproteġu lill-membri l-aktar vulnerabbli tal-Knisja.

fr1 messiku.pngIl-kors dwar il-ħarsien tal-minuri huwa importanti, qalilhom Franġisku, għax il-minuri kollha jistħoqqilhom ikunu mħarsa u ħadd m’għandu jżommhom milli jersqu lejn Ġesù.

Kull persuna, żied jgħid, hi min hi, li ma tħallix lit-tfal jersqu lejn Ġesù għandha titwaqqaf, u mgħejuna tibdel triqtha, dment li jkun għadu possibbli, inkella tkun ikkastigata jekk twettaq il-krimini.

Biex it-tema ewlenija tal-kors tkun effettiva jeħtieġ Appostolat tal-Prevenzjoni, afferma l-Papa.  Il-prevenzjoni hija importanti għax qatt ma nistgħu nkunu nafu fejn se jsir l-abbuż fuq it-tfal.

Matul il-kors, il-parteċipanti ltaqgħu ma’ vittmi tal-abbuż sesswali, semgħu l-istejjer tagħhom u tgħallmu minnhom.

Il-parteċipanti kienu mexxejja kattoliċi, inkluż vigarji ġenerali tal-kongregazzjonijiet reliġjużi u tad-djoċesijiet, persuni li jagħtu formazzjoni fis-seminarji u psikoloġi.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija