L-Isfqijiet Amerikani dwar il-vittmi tal-isparaturi f’Texas u Ohio


Matul tmiem il-ġimgħa l-mexxejja tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti darbtejn ħarġu stqarrijiet biex joffru l-kondoljanzi lill-familji tal-vittmi wara sparaturi li seħħew f’Texas u Ohio.

texasIl-prelati Amerikani qalu li l-ħajjiet mitmuma matul il-weekend iqegħeduhom quddiemhom verità terribbli: in-nies issa mhux qed iqisu aktar dan it-tip ta’ delitti bħala xi episodju iżolat.  Saru epidemija kontra l-ħajja li hemm bżonn tkun iffaċċjata bil-ġustizzja.

Huma ħeġġew lill-kattoliċi biex jitolbu aktar u jagħmlu s-sagrifiċċji għall-fejqan ħalli jintemmu dawn l-episodji.

Il-kattoliċi għandhom isemmgħu leħinhom u jitolbu biex issir bidla fil-politika nazzjonali u fil-kultura wkoll.

Il-Konfrenza Episkopali tal-Istat Uniti ilha ħafna tisħaq li hemm bżonn ikunu riveduti l-liġijiet dwar l-armi u sabiex il-problema tissewwa mill-għeruq tagħha.

L-isqfijiet talbu wkoll lill-Prseident u lill-Kungress iwarrbu fil-ġenb l-interessi politiċi u jsibu mezz kif iħarsu l-ħajjiet innoċenti.

Rapport mill-Kamra tal-Aġbarijiet ta’ Radju Marija