Quddiem il-qerda ta’ tant siġar


Ħsieb attwali tal-Papa San Ġwanni Pawlu II 

Meta il-Papa San Ġwwanni Pawlu II kien qiegħed jagħmel diskors lid-delegazzjoni ta’ Karinzja (Fl-Awstrija) li kienu qed joffrulu s-siġra tal-Milied huwa osserva li meta ħares mit-tieqa tal-istudju tiegħu u ra s-siġra fi pjazza San Pietru ġieħ ħsieb li għollieħ spiritwalment u jkompli jistqarr li “Diġa f’pajjiżu ħabb ħafna is-siġar. Meta tħares lejhom, huma f’ċertu mod jibdew ikellmuk. Wieħed mill-poeti jikkunsidra is-siġar bħala predikaturi b’messaġġ profond: “Huma ma jippriedkawx duttrina u ma jagħtux riċetti, iżda jħabbru il-liġi fundamentali tal-ħajja.”

jp2.jpgMeta jibdew iwarrdu fir-Rebbiegħa, fil-maturita tas-Sajf fil-frott tal-ħarifa u fil-mewt tax-Xitwa, is-siġra tirrakkonta il-misteru tal-ħajja. Għalhekk il-bnedmin sa mill-ibgħad żminijiet ħadu x-xbieha tas-siġra biex jirriflettu fuq il-mistoqsijiet prinċipali tal-ħajja.

Bħas-siġar, hekk ukoll il-bnedmin għandhom bżonn lli jkollhom għeruq fil-fond. Min hu biss imħawwel fil-fond tal-art fertili għandu l-istabilita. Hekk jsta jogħla ‘l fuq biex jilqa’ id-dawl tax-xemx u jista, fl-istess ħin, jirreżisti l-irjieħ ta’ madwaru. Min jaħseb li jista jgħix mingħajr fundament, jgħix ħajja inċerta li tixbaħ lill-għeruq li m’għandhomx ħamrija.

Il-Kelma ta’ Alla turina l-bażi li fihom aħna nistgħu nniżlu l-għeruq ta’ ħajjitna biex ikollna eżistenza soda. L-Appostlu San Pawl jagħtina parir siewi: “niżżlu għeruqkom fih, u ibnu l-ħajja tagħkom fuqu; issaħħu fil-fidi, kif tgħallimtu, u mtlew bil-gratitudni” (Kol:2:7).

X’jiġrilu l-bniedem meta jitlef il-ħarsa profonda tal-poeta?!

Kitba ta’ Fr Renato Borg