Tfal mill-KDT inaddfu ħdejn il-baħar


Fis-26 ta’ Awwissu l-Kummissjoni tat-Tfal fi ħdan il-Knisja ta’ Malta organizzat attività ta’ tindif ħdejn il-baħar. Madwar 20 tifel u tifla libsin il-flokkijiet kollha lwien ta’ l-istess kummissjoni, flimkien mal-ħames mexxejja tagħhom, inġabru waranofsinhar fil-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.

IMG_20190826_172206.jpgHemmhekk qattgħu madwar siegħa u nofs jiġbru skart ta’ kull tip mormi fir-ramel tal-bajja, fuq il-blat ta’ biswit, u wkoll fit-triq ta’ maġenbha. Wara din l-attivita’ il-Kummissjoni Djoċesana Tfal niżlu jgħumu f’ambjent iktar nadif milli sabuħ. Il-grupp ġabar diversi skart ta’ kull tip li tqassam fil-boroż apposta skond il-ġeneru ta’ skart, fosthom biċċiet ta’ ħġieġ u madum, ikel u bċejjeċ tal-baħar mejta, plastik u karti, u madwar elfejn loqma ta’ sigarett.

L-iskop ewlieni ta’ din l-attivita’, apparti li fiha nfisha kienet attivita’ volontarja, imma wkoll biex titqajjem kuxjenza, biex anke minn eta’ żgħira nitgħallmu nżommu l-ambjent li ngħixu fih aktar nadif.

Rapport minn Glen Mercieca tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal