Waqt demostrazzjoni favur l-abort li saret nhar is-Sibt li għadda, xi attivisti minn dawk li kienu preżenti ppruvaw jagħtu n-nar lill-Katidral ta’ Mexico City fil-Messiku. Kif intebħu b’dan għadd ta’ Kattoliċi inġabru quddiem il-bibien tal-Katidral sakemm waslu fuq il-post il-pulizija u skwadra tat-tifi tan-nar li ma ħadu kontroll tas-sitwazzjoni u ma ħallewx li ssir aktar ħsara u aggressjoni
https://twitter.com/i/status/1178094942897557504
Skont rapport li deher f’The Catholic World Report tad-29 ta’ Settembru 2019, Mauricio Alfonso Guitar, Deputat Kap tal-Cristera National Gaurd qal li huma saru jafu b’dak li kien qed jiġri mill-midja soċjali u li sakemm huma waslu fuq il-post, kienu l-kattoliċi nfushom li ma ħallewx li l-katidral ikun mogħti n-nar.