Illum il-Knisja tfakkar lil San Nikola Tavelić u sħabu


Fl-14 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil San Nikola Tavelić u sħabu Martri, Reliġjuż li għex bejn is-snin 1340 sa 1391.

 

Twieled fil-belt ta’ Sibenik, fil-Kroazja, madwar l-1340. Daħal mal-Franġiskani Konventwali ta’ belt twelidu u sar saċerdot madwar l-1365.

Għal 20 sena ħadem fil-Bosnija kontra l-ereżija tal-Patareni u tal-Manikej. Imma meta t-Torok daħlu fis-Serbja u fil-Kroazja, San Nikola deherlu li l-aħjar ħaġa li kellu jagħmel kienet li jmur missjunarju fl-Art Imqaddsa, biex jikkonverti lill-Misilmin. Telaq għalhekk ma’ tliet patrijiet oħra, Dijodatu minn Rodez, Franċiż, Stiefnu minn Cuneo, Taljan, li dawn kienu Konventwali bħalu, u Pietru minn Norbonne, Franċiż ukoll, li dan kien dixxiplu tal-Beatu Pauluccio Trinci, il-Fundatur fl-1368, tar-Riforma Osservanti.

Għexu għal xi żmien fil-kunvent ta’ Sijon, ħdejn iċ-ċenaklu. Imma fil-11 ta’ Novembru 1391, marru fil-Moskea ta’ Omar, mibnija flok it-tempju ta’ Ġerusalemm, u b’kuraġġ li ma jitwemminx, qalu lill-Qadi, li jekk ma jsirx Nisrani, ma jistax isalva. Il-Qadi wieġeb li jekk huma ma jsirux Misilmin jieħdu l-mewt.

Wara tlett ijiem, dawn l-erba’ Franġiskani mietu martri għal Kristu. Il-metodu tagħhom illum ma nifhmuhx, imma huma fil-fatt ħadu l-mewt biex ixandru lil Kristu. Għalhekk il-Papa Pawlu VI mar jikkanonizzahom fil-21 ta’ Ġunju, 1970.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.