Illum il-Knisja tfakkar lil San Franġisk Anton Fasani


Fis-27 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil San Franġisk Anton Fasani, Presbiteru li għex bejn is-snin 1681 sa 1742.

Kien jismu Giovaniello u twieled fil-belt ċkejkna imma tant ħelwa ta’ Lucera, qrib Foggia, fil-Puglie, fl-Italja t’Isfel, fl-1681.

Daħal mal-Patrijiet Franġiskani Konventwali, u studja f’Monte Sant’Angelo, qrib is-Santwarju famuż ta’ San Mikiel, f’San Lorenzo Maggiore ta’ Napli u fil-Collegio Sistino ta’ Ruma, imwaqqaf mill-Papa Franġiskan Konventwali Sistu V, u ġie ordnat saċerdot Assisi flimkien ma’ sieħbu, il-Beatu Antonju-Marija Lucci, li wara laħaq isqof ta Bovino. Il-Papa Klement XI ħatru provinċjal tal-Puglie u rnexxielu jirriforma l-provinċja. Il-“Patri Majjistru” kif kien u għadu magħruf sal-lum f’Lucera, devotissimu tal-Immakulata, kiseb minn Napli, għall-knisja tiegħu, statwa mill-isbaħ tal-injam, tal-Kunċizzjoni, u daħħal l-użu tan-Novena Sollenni tagħha.

Magħruf bħala kittieb, predikatur, konfessur, direttur spiritwali, mistiku, kif ukoll għall-estasi u għall-mirakli, kienu jsejħulu San Franġisk t’Assisi ieħor.

Miet fl-ewwel jum tan-Novena tal-Immakulata, festa tal-Qaddisin Kollha, tal-Ordni Franġiskan, fid-29 ta’ Novembru, 1742, ta’ 61 sena. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum b’għożża kbira taħt l-altar maġġur tal-knisja ta’ San Franġisk ta’ Lucera, tal-patrijiet ħutu Franġiskani Minuri Konventwali. Il-Papa Ġwanni Pawlu II, ikkanonizzah fit-13 ta’ April, 1986.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.