Illum il-Knisja tfakkar lil San Każimiru


Fl-4 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil San Każimiru, Prinċep tal-Polonja li għex bejn is-snin 1458 sa 1484.

San Każimiru twieled fit-3 ta’ Ottubru, 1458, fil-palazz rjali ta’ Krakow, il-Polonja. Kien it-tielet fost it-tlettax-il wild tar-Re Każimiru IV tal-Polonja, u ta’ Eliżabetta, prinċipessa tal-Awstrija.

Sa minn tfulitu kien reliġjuż, u għal xi żmien, kien jieħu d-direzzjoni spiritwali tiegħu mingħand il-kanonku Ġwann Dlugosz, bniedem ta’ spiritwalita’ kbira.

Kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna, u kien jgħidilha kuljum it-talba “Omni die dic Mariae” (Kuljum, kuljum, għanni lil Marija), ta’ San Anselmu, u xtaq li meta jmut, kopja ta’ din it-talba tindifen miegħu.

Kien jgħix ħajja sempliċi u mingħajr privileġġi li kellu bħala Prinċep. Anzi kien juża flusu u l-influwenza tiegħu biex jgħin lill-foqra.

Fl-1471, meta lanqas biss kellu ħmistax-il sena, missieru bagħtu jmexxi l-armata, u jinvadi l-Ungerija biex ineħħi lir-Re Matthias Covinus mis-setgħa, u jilħaq hu floku. Iżda meta għaraf li kien ser iwettaq inġustizzja, malajr abbanduna dan il-pjan. Biex ma jżidx is-sens ta’ telfa f’missieru, mar irtira għal tliet xhur fil-kastell ta’ Dobzki.

Mill-1479 sa l-1483, San Każimiru ggverna l-Polonja flok missieru li kien mar il-Litwanja. Il-Pollakki kienu jaraw fih raġel twajjeb u rett, u kienu jħobbuh ħafna.

Meta missieru ried iżewwġu lit-tifla tal-Imperatur Federiku, ma riedx. Kien ilu li għamel il-vot taċ-ċelebat.

Fl-1484, kellu attakk qawwi fil-pulmuni, u billi kien ġa debboli bis-sawm u bil-penitenza ma felaħx għalih. Miet ta’ 25 sena, fil-qorti ta’ Grondo, fi triqtu lejn il-Litwanja, wara ħajja qaddisa. Hu ġie midfun fil-kappella tal-Madonna fil-Katidral ta’ Vilna u huwa l-Patrun tal-Polonja.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.