28 Saċerdot imutu bil-coronavirus f’Bergamo

Print Friendly, PDF & Email

Fl-aħħar ġranet f’Bergamo (l-Italja) mietu 28 Saċerdot anzjani bil-coronavirus. Ħmistax oħra qegħdin l-isptar.

L-Isqof ta’ Bergamo, Francesco Beschi qal li l-Papa Franġisku wera s-sogħba tiegħu għal dawn is-saċerdoti, għall-morda u għal dawk li qed jieħdu ħsiebhom. Il-Papa xtaq li jibqa’ infurmat b’dak li qed tgħaddi minnu Bergamo. 7 saċerdoti oħra mietu bil-coronavirus fid-Djoċesi ta’ Parma u Saċerdoti oħra mietu fi Cremona, Milan, Lodi, Brescia, Casale Monferrato u Tortona.

https://www.catholicnewsagency.com/news/at-least-28-priests-in-northern-italy-have-died-from-covid-19-41729

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: