Konsagrazzjoni tad-Dinja lil Marija


Madwar id-dinja salezjana saret Novena Straordinarja lil Marija Ghajnuna tal-Insara minhabba l-mixja tal-Coronavirus. Din in-Novena bdiet It-Tnejn 16 ta’ Marzu 2020. Illum it-Tlieta 24 ta’ Marzu qed issir proposta biex issir din it-Talba tal-Konsagrazzjoni tad-Dinja lill-Madonna.

Picture1
Konsagrazzjoni tad-Dinja lil Marija

O l-iktar qaddisa Verġni Marija Immakulata, Omm tagħna l-Insara tant tenera u qawwija, aħna nikkonsagraw lilna nfusna kollna kemm aħna lilek, biex tmexxina inti lejn il-Mulej.

Niddedikaw lilna nfusna, bi ħsibijietna, qalbna u l-imħabbiet tagħna, ġisimna u dak kollu li nħossu flimkien mas-saħħa tagħna, u nwegħduk li rridu nibqgħu dejjem naħdmu ħall-ikbar glorja ta’ Alla u għas-salvazzjoni tal-erwieħ.

Sadanittant, ja Verġni waħdanija, int li kont dejjem Omm il-Knisja u Għajnuna tal-Insara, kompli uri lilek innifsek hekk, l-iktar f’dawn il-jiem.

Dawwal u saħħaħ lill-isqfijiet u lis-saċerdoti, żommhom dejjem magħquda mal-Papa u ubbidjenti lejh, hu li hu l-għalliem infallibbli.

Kattar il-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi, biex permezz tagħhom, is-saltna ta’ Ġesù Kristu tibqa’ fostna u tasal sat-trufijiet tad-dinja.

Nitolbuk għal darb’oħra, ja Omm ħelwa, biex iżżomm dejjem għajnejn imħabbtek fuq iż-żgħażagħ li tant jinsabu mdawra minn perikli, kif ukoll fuq il-midinba msejkna u fuq il-moribondi.

Kun għal kulħadd, o Marija, Omm il-Ħniena, il-Bieb tal-Ġenna. Imma rridu wkoll nitolbuk, ja Omm Alla tant kbira, għalina nfusna. Għallimna nimitawk fil-virtujiet tiegħek, l-iktar fis-safa anġelika, fl-umiltà profonda, u fil-karità mħeġġa tiegħek.

Marija, Għajnuna tal-Insara, iġborna lkoll kemm aħna taħt il-Mant tiegħek.

Aqlgħalna l-grazzja li waqt it-tentazzjonijiet insejħu lilek bit-tama: fil-qosor ħalli l-ħsieb tiegħek – tant twajjeb u tant għażiż, it-tifkira tal-imħabba li int tagħti lid-devoti tiegħek – jagħtina s-serħan tal-moħħ li aħna nistgħu nirbħu kontra l-għedewwa tar-ruħ, fil-ħajja u fil-mewt, biex hekk inkunu nistgħu nsiru l-kuruna tiegħek fil-Ġenna tant sabiħa. Ammen.

Oratorju Don Bosco, Għawdex.  24 ta’ Marzu 2020

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.