25. Il-Knisja hija Komunità Saċerdotali


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 18/03/1992.

1. Rajna fil-katekeżi preċedenti li, skont l-ittri ta’ Pietru u Pawlu u l-Apokalissi ta’ Ġwanni, Kristu Sidna, “saċerdot magħżul fost il-bnedmin” (Lh 5, 1), Għamel [mill-poplu l-ġdid] “saltna ta’ saċerdoti għal Alla tiegħu u Missieru” (Ap 1, 6; cf. Ap5, 9-10).

Hekk ġiet attwata l-“komunjoni” fil-qdusija ta’ Alla, skont it-talba magħmula minnu ndirizzata diġa lill-Iżrael il-qadim u ferm iktar impenjattiva għall-ġdid: “Kunu qaddisin, għaliex jien, il-Mulej, Alla tagħkom, jien qaddis” (Lv 19, 2). Il- “komunjoni” fil-qdusija ta’ Alla twettqet bħala frott tas-sagrifiċċju feddej ta’ Kristu, li bis-saħħa tiegħu sirna parteċipi ta’ dik l-imħabba li “kienet imsawba fi qlubna permezz tal-Ispirtu Santu” (Rm 5, 5). Id-don tal-Ispirtu santifikatur attwa fina “saċerdozju qaddis”, li, skont Pietru, jirrendina kapaċi li “noffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu lil Alla, permezz ta’ Ġesù Kristu” (1 Pt 2, 5). Hemm mela “saċerdozju qaddis”. Nistgħu mela nagħrfu fil-Knisja komunità saċerdotali, fis-sens li issa rridu nispjegaw.

2. Naqraw fil-Konċilju Vatikan II, li jikkwota l-ewwel ittra ta’ Pietru, li “għar- riġenerazzjoni u d-dlik tal-Ispirtu Santu l-Imgħammdin jiġu kkonsagrati biex jiffurmaw tempju spiritwali u saċerdozju qaddis, biex joffru, permezsz tal-opri kollha nsara, sagrifiċċji spiritwali, u biex jgħarrfu l-għegubijiet ta’ Dak li mid-dlamijiet sejħilhom għad-dawl li jgħammex tiegħu (cf. 1 Pt 2, 4-10)” (LG 10). F’dan it-test il-Konċilju jgħaqqad imbagħad it-talb li permezz tiegħu l-insara jirrendu glorja lil Alla, bis-“sagrifiċċju tagħhom infushom bħala sagrifiċċju ħaj, qaddis u li jogħġob lil Alla” (cf. Rm 12, 1), u b’xhieda li jirrendu lil Kristu. Hekk naraw miġbura fil-qosor il-vokazzjoni tal-imgħammdin kollha bħala sehem fil-missjoni messjanika ta’ Kristu, li huwa saċerdot, profeta u sultan.

3. Il-parteċipazzjoni universali fis-saċerdozju ta’ Kristu, imsejjaħ ukoll saċerdozju tal-fidili (“sacerdotium universale fidelium”), tal-Konċilju huwa meqjus fir-rapport partikolari tiegħu mas-saċerdozju ministerjali: “Is-saċerdozju komuni tal-fidili u s-saċerdozju ministerjali jew ġerarkiku, għalkemm huma differenti essenzjalment u mhux biss fil-grad, huma madankollu rranġati għal xulxin, għaliex il-wieħed huwa l-ieħor, kull wieħed fil-mod tiegħu propju, jipparteċipaw fl-uniku saċerdozju ta’ Kristu” (LG 10). Is-saċerdozju ġerarkiku bħala “uffiċċju” (“officium”) huwa servizz partikolari, li grazzi lilu s-saċerdozju universali tal-fidili jistà jattwa ruħu b’mod li l-Knisja tikkostitwixxi l-milja tal-“komunità saċerdotali” skont il-kejl tal-implimentazzjoni min-naħa ta’ Kristu. “Dawk fost il-fidili li jiġu mżejna bl-ordni sagri, jiġu maħtura f’isem Kristu biex jirgħu l-Knisja bil-kelma u bil-grazzja ta’ Alla”  (LG 11).

4. Il-Konċilju jenfasizza li s-saċerdozju universali tal-fidili u s-saċerdozju ministerjali (jew ġerarkiku) huma regolati b’mod reċiproku. Fl-istess ħin jiddikjara li hemm bejniethom differenzi essenzjali “u mhux biss ta’ grad” (LG 10). Is-saċerdozju ġerarkiku-ministerjali mhuwiex “prodott” tas-saċerdozju universali tal-fidili. Ma jiġix minn għażla jew minn delega tal-komunità ta’ dawk li jemmnu, imma minn sejħa divina partikolari: “Ħadd ma jistà jattribwixxi lilu nnifsu dan l-unur, jekk mhux min hu msejjaħ minn Alla, bħal Aronne” (Lh 5, 4). Nisrani jsir soġġett ta’ tali uffċċju skont sagrament speċjali, dak tal-Ordni Sagri.

5. “Is-saċerdozju ministerjali, – dejjem skont il-Konċilju – bl-awtorità sagra li biha hu nvestit, jifforma u jmexxi l-poplu saċerdotali, iwettaq is-sagrifiċċju ewkaristiku fi-persuna ta’ Kristu u joffrih lil Alla f’isem il-poplu kollu” (LG 10). B’mod ferm iktar wiesà il-Konċilju jittratta dan il-punt fid-Digriet dwar il-ħajja u l-ministeru tas-saċerdoti: “Il-Mulej, sabiex il-fidili jkunu magħqudin f’ġisem wieħed, li iżda “mhux il-membri kollha għandhom l-istess funzjoni” (Rm 12, 4), għolla xi wħud minnhom bħala ministri, b’mod li fil-ġuf tas-soċjetà tal-fidili jkollhom l-awtorità sagra tal-Ordni Sagri biex joffru s-Sagrifiċċju u jaħfru d-dnubiet, u li f’isem Kristu jiżvolġu għall-bnedmin f’forma uffiċjali l-funzjoni saċerdotali . . . Il-presbiteri bis-saħħa tad-dlik tal-Ispirtu Santu, huma ndikati minn karattru speċjali li jikkostitwixxihom għal Kristu Saċerdot, b’mod li jkunu jistgħu jaġixxu f’isem Kristu, Ras tal-Knisja” (PO 2; cf. San Tumas, Summa theologiae, III, q. 63,  a. 3). Mal-karattru tiġi lilhom mogħtija l-grazzja meħtieġa għal żvolġiment dehen tal-ministeru tagħhom: “Ladarba il-presbiteri għandhom sehem tagħhom fil-funzjoni tal-Appostli, lilhom hija mogħtija minn Alla l-grazzja biex ikunu ministri ta’ Kristu Ġesù fost in-nies permezz tal-ministeru sagru tal-Vanġelu” (PO 2).

6. Bħal ma għidna, is-saċerdozzju ġerarkiku-ministerjali kien imwaqqaf fil-Knisja biex jattwa r-riżorsi kollha tas-saċerdozju universali tal-fidili. Il-Konċilju jiddikjara dan f’diversi postijiet u b’mod partikolari meta jitratta l-konkors tal-fidili fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Naqraw: “Waqt li jieħdu sehen fis-sagrifiċċju ewkaristiku, sors u quċċata tal-ħajja kollha nisranija, joffru lil Alla l-Vittma divina u magħha lilhom infushom; hekk ilkoll, kemm bl-oblazzjoni kif ukoll bit-tqarbin imqaddes, iwettqu l-parti propja fl-azzjoni liturġika, mhux iżda b’mod ugwali, imma min b’mod u min b’ieħor. Waqt li mbagħad jieklu mill-ġisem ta’ Kristu fit-tqarbin imqaddes, juru b’mod konkret l-għaqda tal-Poplu ta’ Alla, li minn dan is-sagrament l-iktar majjestuż hija espressa b’mod adegwat u prodotta b’mod tal-għaġeb” (LG 11). Skont din id-duttrina, li tappartieni għat-tradizzjoni nisranija l-iktar qadima, l-“attività” tal-Knisja ma tirriduċix ruħha għall-ministeru ġerarkiku tar-rgħajja, bħallikieku l-lajċi għandhom jibqgħu fi stat ta’ passività. Infatti l-attività tal-ħajja nisranija mwettqa mil-lajċi f’kull żmien, u b’mod speċjali l-apostolat modern tal-lajċi, huwa xhieda għat-tagħlim konċiljari, li skontu s-sacerdozju tal-fidili u l-ministeru saċerdotali tal-ġerarkija ekkleżjastika huma “rregolati għal xulxin”.

7. “Infatti l-ministri, li huma mlibbsa bl-awtorità sagra, – isostni l-Konċilju – jaqdu lil ħuthom, għaliex dawk kollha li jappartienu lill-Poplu ta’ Alla, u għalhekk għandhom tassew dinjità nisranija, ifittxu b’mod liberu u ordnat l-istess skop u jaslu għas-salvazzjoni” (LG 18). Minħabba f’dan is-saċerdozju tal-ġerarkija għandu karattru ministerjali. Propju minħabba f’dan l-isqfijiet u s-saċerdoti jinsabu fil-Knisja tar-Rgħajja. Dmirhom hu li jaqdu lill-fidili, bħal ma Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, l-uniku Ragħaj universali tal-Knisja u tal-umanità kollha, li jgħid dwaru stess: “Bin il-Bniedem . . . ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu għall-fidwa tal-multitudni” (Mt 20, 28). Fid-dawl tat-tagħlim u tal-eżempju tar-Ragħaj it-Tajjeb, il-Knisja kollha, parteċipi tal-grazzja tal-Fidwa mifruxa fil-Ġisem kollu ta’ Kristu mill-Ispirtu Santu, hija u topera bħala komunità saċerdotali.

Miġjub mit-Taljan għall_Malti minn Emanuel Zarb