49. Pietru Jħalli li jkunu mgħammda l-Ġentili


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 13/01/1993.

1. L-awtorità primarja ta’ Pietru f’nofs l-Appostli l-oħra turi ruħha b’mod partikolari fis-soluzzjoni tal-problema fundamentali li kellha tiffaċcja l-Knisja primittiva: dik tar-rapport mar-reliġjon Ġudajka, u allura tal-bażi kostituttiva tal-Iżrael il-ġdid. 

Kien meħtieġ, mela, li jkun deċiż li jkunu elenkati l-konsegwenzi mill-fatt li l-Knisja ma kinitx fergħa tar-reġim mosajku, linqas xi kurrent reliġjuż jew setta tal-Iżrael l-qadim. Speċifikament, meta l-problema ppreżentat ruħha lill-Appostli u lill-ewwel komunità nisranija bil-każ taċ-ċenturjun Kornelju li jkun mgħammed, l-intervent ta’ Pietru kien deċiżiv. L-Atti jiddeskrivulna l-iżvolġiment tal-ġrajja. Iċ-ċenturjun pagan, f’viżjoni, jirċievi mingħand “Anġlu tal-Mulej” l-amar biex jikkuntattja lil Pietru: “Ara li jiġi ċertu Xmun imsejjaħ ukoll Pietru” (At 10, 5). Dan l-amar tal-Anġlu jinkludi u jikkonferma l-awtorità posseduta minn Pietru: hemm bżonn deċiżjoni tiegħu għad-dħul tal-pagani għall-magħmudija.

2. Id-deċiżjoni ta’ Pietru, barra minn dan, hija mdawla minn dawl mogħti lilu b’mod eċċezzjonali mill-Għoli: f’viżjoni, Pietru jiġi mistieden biex jiekol minn laħmijiet projbiti mil-liġi ġudajka; jismà leħen li jgħidlu: “Dak li ppurifika Alla, int la ssejjaħlux profan!” (At 10, 15). Tali lluminazzjoni, mogħtija lilu tliet darbiet, bħal ma qabel għal tliet darbiet kien irċieva l-poter li jirgħa l-merħla kollha ta’ Kristu, kienet turi lil Pietru li kellu jgħaddi fuq l-esiġenzi tal-osservanza legali dwar l-ikel u, b’mod ġenerali, fuq il-proċeduri ritwali ġudajki. Kienet akkwist reliġjuż importanti fid-dawl tal-ilqugħ u tat-trattament li kellu jkun riservat għall-pagani, li dwaru nistgħu ngħidu li kien jippreżenta l-wasla.

3. Il- pass deċiżiv seħħ eżatt wara l-viżjoni, meta ppreżentaw ruħhom lil Pietru n-nies mibgħutin miċ-ċenturjun Kornelju. Pietru setà ħasibha li jsegwihom, ladarba l-liġi ġudajka kienet tipprojbixxi l-kuntatt ma’ stranġieri pagani, meqjusin bħala impuri. Imma mbuttah biex jissupera din il-liġi diskriminatorja l-għarfien il-ġdid, li kien inbena fih waqt il-viżjoni. Ma dan żdied l-impuls tal-Ispirtu Santu li ġegħelu jifhem li kellu jakkumpanja bla ma jaħseb li dawk in-nies, li kienu ġew mibgħuta mill-Mulej, waqt li jabbanduna ruħu b’mod sħiħ għall-iżvolġiment tal-pjan ta’ Alla dwar ħajtu. Huwa faċli li wieħed jissopponi li, mingħajr l-illuminazzjoni tal-Ispirtu, Pietru kien jibqà osservanti tal-preskrizzjoni tal-liġi ġudajka. Kien dak id-dawl, mogħti lilu personalment sabiex jieħu deċiżjoni li taqbel mal-veduti tal-Mulej, li ggwidah u sostnieh fid-deċiżjoni tiegħu.

4. U hekk hu li, għall-ewwel darba, Pietru jagħti quddiem grupp ta’ pagani, miġburin madwar iċ-ċenturjun Kornelju, ix-xhieda tiegħu dwar Ġesù Kristu u dwar il-qawmien mill-imwiet tiegħu: “Fis-sewwa jien qiegħed nagħti kont li Alla ma jagħmilx preferenzi ta’ persuni; imma min jibżà minnu u jipprattika l-ġustizzja, jappartieni lil-liema poplu jippartieni, huwa aċċettat minnu” (At 10, 34-35). Din hija deċiżjoni li, minħabba l-mentalità ġudajka marbuta mal-interpretazzjoni kurrenti tal-liġi mosajka, kienet tidher rivoluzzjonarja. Il-pjan ta’ Alla, miżmum moħbi mill-ġenerazzjonijiet preċedenti, kien jipprevedi li l-pagani kienu se jkunu “msejħa, fi Kristu, biex jieħdu sehem fl-istess wirt” (Ef3, 5-6), mingħajr ma jkollhom bżonn li l-ewwel ikunu nkorporati fl-istruttura reliġjuża u ritwali tal-Patt il-qadim. Din kienet in-novità miġjuba minn Ġesù, li Pietru b’dak il-ġest tiegħu għamilha propja u wassalha għal applikazzjoni konkreta.

5. Irridu nenfasizzaw il-fatt li l-ftuħ imwettaq minn Pietru jġib is-siġill tasl-Ispirtu Santu, li jinżel fuq il-grupp tal-pagani kkonvertiti. Hemm rabta bejn il-kelma ta’ Pietru u l-azzjoni tal-Ispirtu. Naqraw infatti li: “Pietru kien għadu qiegħed jgħid dawn il-ħwejjeġ, meta l-Ispirtu Santu niżel fuq dawk kollha li kienu qegħdin jisimgħu kliemu” (At 10, 44). Xhud ta’ dan id-don tal-Ispirtu Sanru, Pietru ġibed il-konsegwenzi, waqt li qal lil “ħutu”: “Jewwilla wieħed jistà jipprojbixxi li dawn ikunu mgħammda bl-ilma dawn li rċivew l-Ispirtu Santu bħalna? U ordna li jkunu mgħammda fl-isem ta’ Ġesù Kristu” (At 10, 47). Dik ir-riżoluzzjoni formali ta’ Pietru, illuminat b’mod manifestat mill-Ispirtu, libbset importanza deċiżiva għall-iżvilupp tasl-Knisja, waqt li eliminat l-intriċċi ġejjin mill-osservanzi tal-liġi ġudajka.

6. Mhux kulħadd kien mħejji jaċċetta u jagħmel tiegħu in-novità kbira. Infatti tqanqlet kritika kontra d-deċiżjoni ta’ Pietru min-naħa tal-hekk imsejħa “ġudiżżanti”, li kienu jiffurmaw nukleju importanti tal-komunità nisranija. Dan kien il-preludju tar-riservi u tal-oppożizzjonijiet li kellu jkun hemm fil-futur lejn dawk li kellhom ikollhom d-dmir li jeżerċitaw l-awtorità suprema fil-Knisja (cf. At 11, 1-2). Imma Pietru wieġeb għal dawk il-kritiċi waqt li rrifera dak li kien seħħ fil-konverżjoni ta’ Kornelju u tal-pagani l-oħra, u waqt li spjega l-miġja tal-Ispirtu Santu fuq dak il-grupp ta’ konvertiti b’dik il-kelma tal-Mulej: “Ġwanni għammed bl-ilma; intom iżda tkunu mgħammda fl-Ispirtu Santu” (At 11, 16). Billi d-dimostrazzjoni ġiet minn Alla – mill-kelma ta’ Kristu u mis-sinjali tal-Ispirtu Santu – din kienet iġgudikata konvinċenti, u l-kritiċi kkalmaw. Pietru hekk deher bħala l-ewwel Appostlu tal-pagani.

7. Huwa magħruf li l-aħbar tal-Vanġelu f’nofs il-pagani ġiet imbagħad tgħajjat b’mod partikolari lill-Appostlu Pawlu, “Doctor gentium”. Imma hu stess għaraf l-awtorità ta’ Pietru bħala garanti tar-rettitudni tal-missjoni evanġelizzatriċi tiegħu; billi kien beda jippridka lill-pagani l-Vanġelu – huwa jirrakkonta – “wara tliet snin, mort Ġerusalem biex nikkonsulta lil Kefa” (Gal 1, 18). Pawlu kien jaf bl-irwol miżmum minn Pietru fil-Knisja u kien għaraf l-importanza. Wara erbatax-il sena huwa jerġa mill-ġdid imur Ġerusalem għal verifika: “biex ma nsibnix fir-riskju li niġri u li nkun ġrejt għalxejn” (Gal 2, 2). Din id-darba ma jdurx biss fuq Pietru, imma “fuq il-persuni l-iktar distinti” (Gal 2, 2). Juri iżda li jqis lil Pietru bħala kap suprem. Infatti, jekk fit-tqassim ġeo-reliġjuż tax-xogħol, lil Pietru kien afdat il-Vanġelu għal dawk ċirkonċiżi (Gal 2, 7), huwa madankollu jibqà l-ewwel ukoll fix-xandir tal-Vanġelu lill-pagani, bħalma rajna fil-konverżjoni ta’ Kornelju. Pietru f’dak il-każ jiftaħ bieb għall-popli kollha milħuqin dak iż-żmien.

8. L-inċident li seħħ f’Antijokja ma jimplikax ċaħda ta’ Pawlu lill-awtorità ta’ Pietru. Pawlu jċanfar il-mod tal-aġir tiegħu, imma ma jiċċalinġjax l-awtorità tiegħu ta’ kap tal-kulleġġ apostoliku u tal-Knisja. Jikteb Pawlu fl-Ittra lill-Galatin: “Meta Kefa ġie Antijokja, opponejtu b’wiċċi minn quddiem għaliex bla ebda dubju ta’ xejn kellu tort. Infatti, qabel ma waslu xi wħud minn naħa ta’ Ġakbu, huwa kien jiekol flimkien mal-pagani; imma wara l-miġja tagħhom, beda jevitahom u jżomm ruħu maqtugħ, minħabba l-biżà taċ-ċirkonċiżi (jew aħjar tal-konvertiti mill-Ebraiżmu). U wkoll il-ġudej l-oħra kienu jimitawh fis-simulazzjoni, tant li Barnaba wkoll ħassu jinġibed mill-ipokresija tagħhom. Issa meta rajt li ma kinux qegħdin iġibu ruħhom b’mod rett skont il-verità tal-Vanġelu, għidt lil Kefa quddiem kulħadd: «Jekk int, li int Lhudi, tgħix bħall-pagani u mhux bħal-Lhud, kif tistà ġġiegħel lill-pagani biex jgħixu bħal-Lhud?»” (Gal 2, 11-14). Pawlu ma kienx jeskludi b’mod assolut kull konċessjoni għal ċerti esiġenzi tal-liġi ġudajka (cf. At 16, 3; 21, 26; 1 Kor 8, 13; 1 Kor 9, 20; Rm 14, 21). Imma f’Antijokja l-imġieba ta’ Pietru kellha l-inkonvenjent li ġgiegħel lill-insara ġejjin mill-paganeżmu biex jissottomettu ruħhom għal-liġi ġudjaka. Propju għaliex għaraf l-awtorità ta’ Pietru, Pawlu qanqal protesta u jċanfru talli ma jaġixxix skont il-Vanġelu.

9. Wara, il-problema tal-libertà fir-rigward tal-liġi Ġudajka kienet maħlula b’mod definitiiv fil-laqgħa tal-Appostli u tal-Anzjani, miżmuma f’Ġerusalem, li fiha Pietru żvolġa rwol determinanti. Diskussjoni twila opponiet lil Pawlu u Barnaba ma’ ċertu numru ta’ Fariżej konvertiti, li sostnew il-bżonn taċ-ċirkunċiżjoni għall-insara kollha, ukoll għal dawk ġejjin mill-paganeżmu. Wara d-diskussjoni Pietru qam biex jispjega li Alla ma ried ebda diskriminazzjoni u li kien ta l-Ispirtu Santu lill-pagani kkonvertiti għall-fidi.  “Aħna nemmnu li bil-grazzja tal-Mulej Ġesù aħna salvati u bl-istess mod huma wkoll” (At 15, 11). L-intervent ta’ Pietru kien deċiżiv. Allura – jirreferu l-Atti – “il-miġemgħa kollha siktet u baqgħet tismà lil Barnaba u lil Pawlu li kienu qegħdin jirreferu kemm mirakli u għeġubijiet Alla kien wettaq fost il-pagani permezz tagħhom” (At 15, 12). B’dan il mod ġie nnotat li l-pożizzjoni meħuda minn Pietru ġiet ikkonfermata mill-fatti. Ġakbu wkoll għamilha tiegħu (At 15, 14), waqt li żied max-xhieda ta’ Barnaba u Pawlu l-konferma ġejja mill-Iskrittura spirata; “Ma’ dan, qal, jaqbel il-kliem tal-profeti” (At 15, 15) u kkwota oraklu ta’ Amos. Id-deċiżjoni tal-miġemgħa kienet mela konformi mal-pożizzjoni espressa minn Pietru. L-awtorità tiegħu b’dan il-mod żvolġiet irwol deċiżiv fir-regolament ta’ din il-kwistjoni essenzjali għall-iżvilupp tal-Knisja u għall-għaqda tal-komunità nisranija. F’dan id-dawl issib postha l-figura u l-missjoni ta’ Pietru fil-Knisja primittiva.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb.