18. Il-Providenza Divina u t-tkabbir tas-Saltna ta’ Alla


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Ħolqien. Udjenza Ġenerali –  25/06/1986.

1. Bħal fil-katekeżi preċedenti, illum ukoll se niksbu nformazzjoni b’abbundanza mir-riflessjoni li l-Konċilju Vatikan II iddedika għat-tema tal-kondizzjoni storika tal-bniedem tallum, li huwa, mibgħut minn Alla biex jiddomina u jissuġġetta l-ħolqien, u mill-banda l-oħra huwa ssuġġettat huwa nnifsu, minħabba li huwa krejaturi, fil-preżenza amoruża ta’ Alla Missier, Ħallieq u Providenti.

Il-bniedem, illum iktar minn kull żmien ieħor, huwa partikolarment sensibbli għall-kobor u l-awtonomija ta’ dmiru ta’ investigator u dominator tal-forzi tan-natura. Huwa madankollu doveruż li wieħed jinnota li hem ostaklu gravi fl-iżvilupp u fil-progress tad-dinja. Dan huwa kkostitwit mid-dnub u mill-għeluq li dan jinħtieġ, jiġifieri mill-ħażin morali. Dwar din is-sitwazzjoni tagħti xhieda wiesgħà l-kostituzzjoni konċiljari   Gaudium et Spes (Gaudium et Spes, 13). Infatti l-Konċlju jirrifletti: “Ikkostitwit minn Alla fi stat ta’ qdusija, il-bniedem, ittentat mill-ħazin, sa mill-bidu tal-istorja abbuża mil-libertà tiegħu, billi  ħadha kontra Alla u billi xtaq ħafna li jsegwi l-għan tiegħu ‘il hemm minn Alla”.

Minħabba dan, bħala konsegwenza inevitabbli “il-progress uman, li minkejja li huwa ġid kbi tal-bnieem, iġorr miegħu tentazzjoni kbra: infatti, imgerfex l-ordni tal-valuri u waqt li jħalltu il-ħażin mat-tajjeb, l-indivdwi u l-gruppi jħarsu biss lejn il-ħwejjeġ propji, mhux lejn dawk tal-pħrajn. Huwa hekk li d-dinja ma tibqax tkun il-kamp ta’ fraternità ġenwina, waqt li għal kuntrarju ż-żieda tal-qawwa umana thudded li teqred l-istess ġeneru uman”. Ġustament il-bniedem modern huwa konxju dwar ir-rwol propju, imma, “jekk . . . bl-espressjoni awtonomija tar-realtà temporali jifhem li l-ħwejjeġ maħluqa ma jiddependux minn Alla, u li l-bniedem jistà jiddisponi minnhom mingħajr ma jirreferihom lill-Ħallieq, allura l-falsità ta’ tal opinjoni ma tistà taħrab lil ħadd li jemmen f’Alla. Il-krejatura, infatti, mingħajr il-Ħallieq tgħib . . . Anzi, in-nisi ta’ Alla  jċaħħad id-dawl lill-krejatura nfisha” (Gaudium et Spes, 37. 36).

2. Niftakru qabel xejn test li jippermettilna naqbdu d-“dimensjoni l-oħra” tal-evoluzzjoni storika tad-dinja, li lejha dejjhem iħares il-Konċilju. Il-kostituzzjoni tgħid: “L-Ispirtu ta’ Alla li, bħala providenza tal-għaġeb, imexxi l-kors taż-żmenijiet u jġedded il-wiċċ tal-art, huwa preżenti f’din l-evoluzzjoni” (Gaudium et Spes, 26). Li tegħleb il-ħażin huwa fl-istess ħin rieda li trid il-progress morali tal-bniedem, li minnha d-dinjità tal-bniedem tiġi ssalvagwardata, u tagħti tweġiba għall-esiġenzi essenzjali ta’ dinja “iktar umana”. F’din il-prospettiva, is-saltna ta’ Alla li kull ma tmur qiegħda tiżviluppa fl-istorja ssib b’xi mod il-“materja” tagħha u s-sinjali tal-preżenza effikaċi tagħha.

B’ħafna ċarezza il-Konċilju Vatikan II saħaq bil-kbir dwar is-sinifikat etiku tal-evoluzzjoni waqt li juri bħala ideal etiku ta’ dinja “iktar umana” huwa konġenjali mat-tagħlim tal-Vanġelu. U minkejja li jiddistingwi bi preċiżjoni l-iżvilupp tad-dinja mill-istorja tal-fidwa, ifittex fl-istess waqt li jinnota fil-pjenezza kollha tagħhom l-irbit li jeżisti bejniethom: “sabiex, għalkemm wieħed irid jiddistingwi b’mod  preċiż il-progress terren mill-iżvilupp tas-saltna ta’ Kristu, madankollu, fil-qies li bih jistà jattribwixxi sabiex jorganizza aħjar is-soċjetà umana, tali progress huwa ta’ mportanza kbira għas-saltna ta’ Alla. U infatti il-ġid, bħad-dinjità tal-bniedem, il-fratellanza u l-libertà, u jiġifieri il-frott kollu tajjeb tan-natura u tax-xogħol tagħna, wara li nkunu xerridnihom mad-dinja fl-Ispirtu tal-Mulej u skont il-preċett tiegħu, newrġgħu nsibuhom mill-ġdid, imma mnaddfa minn kull tebgħa, illuminati u ttrasfigurati, sabiex imbagħad il-Kristu jagħti lura lill-Missier “is-saltna eterna u universali: li hija saltna ta’ verità u ta’ ħajja, saltna ta’ qdusija u ta’ grazzja, saltna ta’ ġustizzja, ta’ mħabbva u ta’ paċi. Hawn fuq l-art is-saltna hija diġa preżenti, f’misteru; immna bil-miġja tal-Muylej, tasal għall-perfezzjoni   ” (Gaudium et Spes, 39).

3. Il-Konċilju jiddikjara il-konvinzjoni f’dawk li jemmnu meta jxandar li “il-Knisja tagħraf dak kollu li tajjeb hemm fid-dinamiżmu soċjali tallum: speċjalment l-evoluzzjoni lejn l-għaqda, il-proċess ta’ soċjalizzazzjoni b’saħħitha u tas-solidarjetà ċivili u ekonomika. Il-promozzjoni tal-għaqda, infatti, tikkorrispondi mal-missjoni intima tal-Knisja, li hi appuntu “fi Kristu bħala sagrament, sinjal u strument tal-għaqda intima ma’ Alla u tal-għaqda tal-ġeneru uman kollu kemm hu” . . . Infatti, l-enerġija li l-Knisja hija kapaċi li tintroduċi fis-soċjetà umana kontemporanja, tikkonsisti f’dik il-fidi u karità migħuxa b’mod effettiv u mhux fl-eżerċitazzjoniu ta’ dominju estwern b’mezzi purament umani” (Gaudium et Spes, 42). Għal dan il-għan tinħoloq rabta profonda u saħansitra identità elimentari bejn is-setturi ewlenin tal-istorja u tal-evoluzzjoni tad-“dinja” u l-istorja tal-fidwa. Il-pjan tal-fidwa jgħaddas għeruqu fl-aspitazzjonijiet l-iktar reali u fil-għan tal-bnedmin u tal-umanità. Ukoll ir-redenzjoni hija kontinwament indirizzata lejn il-bniedem u lejn l-umanità “fid-dinja”. U l-Knisja dejjem tlaqqà lilha nfisha  “mad-dinja”  fl-isfera ta’ dawn l-aspirazzjonijiet u għanijiet tal-bniedem-umanità. B’mod ugwali l-istorja tal-fidwa  tiġri f’wiċċ ix-xmara tal-istorja tad-dinja, li sa ċertu punt tqisha bħala propja tagħha. U viċiversa: Il-veri konkwisti tal-bniedem u tal-umanità, rebħiet awtentiċi fl-istorja tad-dinja, huma ukoll “is-substrat” tas-saltna ta’ Alla fuq l-art (cf. Kard. Karol Wojtyla, Alle fonti del rinnovamento. Studio sull’attuazione del Concilio Vaticano II, LEV, Belt tal-Vatikan 1981, pp. 150-160).

4. Naqraw għal dan il-għan fil-kostituzzjoni Gaudium et Spes: “l-attività umana bħala li titnissel mill-bniedem, hekk hija ordnata lill-bniedem . . . L-iżvilupp, jekk inhu mifhum sewwa, jiswa iktar mill-ġid estern li jista jakkumula. Il-bniedem jiswa iktar għal dak li hu milli għal dak li għandu. Ugwalment dak kollu li l-bnedmin jagħmlu biex jiksbu ġustizzja ikbar, fratellanza iktar mifruxa u ordni iktar uman fir-rapporti soċjali, għandu iktar valur  mill-progressi fil-kamp tekniku . . . Għalhekk din hija n-norma tal-attività umana: li skont il-pjan u r-rieda ta’ Alla din tikkorrispondi mal-veru ġid tal-umanità, u tippermetti lill-bniedem singolu jew bħala membru tas-soċjetà li jikkoltiva u jattwa l-vokazzjoni integrali tiegħu ,”. L-Istess dokument għalhekk ikompli hekk: “L-ordni (tal-ħwejjeġ) hija li tiżviluppa dejjem iktar, hija li tissejjes fuq il-verità, tinbena fuq il-ġustizzja, tkun imħeġġa mill-imħabba; tris issib bilanċ dejjem iktar uman fil-libwertà. Biex tilħaq tali għan trid taħdem għat-tiġdid tal-mentalità u  timbarka fuq bidliet soċjali wiesgħin. L-Ispirtu ta’ Alla, li jġedded il-wiċċ tal-art, huwa preżenti f’din l-evoluzzjoni” (Gaudium et Spes, 35. 26).

5. L-aġġustament għall-gwida u għall-azzjoni tal-Ispirtu ta’ Alla fl-iżvilupp tal-istorja iseħħ permezz tal-appell kontinwu u t-tweġiba konsistenti u fidila għal-leħen tal-kuxjenza: “Fil-fedeltà għall-kuxjenza l-insara jingħaqdu mal-bnedmin l-oħra biex ifittxu l-verità u  jsolvu skont il-verità tant problemi morali, li jqumu tant fil-ħajja tal-individwi kif ukoll f’dik soċjali. Huwa mela meħtieġ li tittrijonfa l-kuxjenza retta, speċjalment li l-persuni u l-gruppi soċjali jitbiegħdu mill-arbitriju għama u jisfurzaw biex jikkonformaw ruħhom  man-normi oġgettivi tal-moralità” (Gaudium et Spes, 16).

B’realiżmu il-Konċilju jfakkar il-preżenza fil-kondizzjoni effdettiva umana,, tal-ostaklu iktar radikali għall-veru progress tal-bniedem u tal-umanità: il-ħażen morali, id-dnub li minħabba fih “il-bniedem isib lilu nnifsu maqsum” Minħabba dan, il-ħajja umana kollha, kemm dik individwali kif ukoll dik kollettiva, tippreżenta l-karattri ta’ taqtigħa drammatika bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn id-dawl u d-dlamijiet. Anzi, il-bniedem isib ruħu bla ħila li waħdu jegħleb b’mod effikaċi l-attakki tal-ħażin, hekk li kull wieħed iħoss ruħu mxekkel mill-ktajjen” Dik tal-bniedem hija “taqtigħa mibdija sa mill-bidu tad-dinja u li se ddum, kif jgħid il-Mulej, sal-aħħar jum. Inserit f’din it-taqtigħa l-bniedem irid jissielet bla waqfien biex jingħaqad mat-tajjeb, lanqas ma jistà jikseb l-għaqda tiegħu nterna jekk mhux bi prezz ta’ stinkar kbir, bl-għajnuna tal-grazzja ta’ Alla” (Gaudium et Spes, 13. 37).

6. Bħala għeluq nistgħu ngħidu li, jekk it-tkabbir tas-saltna ta’ Alla ma jidentifikax ruġu mal-evoluzzjoni tad-dinja, huwa izda veru li s-saltna ta’ Alla hija fid-dinja u qabel xejn fil-bniedem, li jgħix u jopera fid-dinja. In-nisrani jaf li bl-impenn tiegħu għall-progress tal-istorja u bl-għajnuna tal-grazzja ta’ Alla jikkopera għat-tkabbir tas-Saltna, lejn it-twettiq storiku u eskatoloġiku tal-pjan tal-Providenza divina.