Illum il-Knisja tfakkar lil San Ludoviku ta’ Franza

Print Friendly, PDF & Email

Fil-25 ta’ Awwissu l-Knisja tfakkar lil San Ludoviku ta’ Franza, Re li għex bejn is-snin 1214 sa 1270.

San Ludoviku twieled f’Poissy, Franza, fil-25 ta’ April, 1214. Kien iben ir-Re Ludoviku VIII.

Fl-1226, tilef lil missieru, u billi kien għadu tifel ta’ tnax-il sena, ommu saret Reġġenti, u mexxiet il-pajjiż floku.

Ta’ dsatax-il sena żżewweġ lil Margerita, u tfal kellhom ħdax: ħames subien u sitt ibniet.

Fl-1235, meta kellu 21 sena, ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh, u sar Ludoviku IX ta’ Franza. Kien mexxej eżemplari, u ħadem ħafna biex ikun hemm il-paċi u l-ġustizzja fis-saltna tiegħu. Kien jinteressa ruħu fil-fqar, bena sptarijiet u skejjel. Kien jgħix ħajja umli u ta’ talb tant li kien isib ħin biex jisma’ quddiesa kuljum, u jfittex li jagħmel ġid spiritwali lil kulħadd. Qatt ma wettaq vendetti, u qatt ma ġera wara ambizzjonijiet u konkwisti.

Fl-1248, mexxa s-seba’ Kruċjata kontra s-Sultan tal-Eġittu li kien qed jhedded l-artijiet imqaddsa, iżda waqa’ priġunier tas-Seraċini. Meta ġie mifdi fl-1250, huwa bl-armata tiegħu, baħħar lejn il-Palestina fejn dam sal-1254. Irritorna lejn pajjiżu hekk kif sema’ li ommu, li kienet qed tmexxi l-pajjiż floku kienet mietet.

Fl-1270, mexxa Kruċjata oħra, iżda waqa’ marid fit-Tuneżija fejn miet fil-25 ta’ Awwissu. Għalkemm iż-żewġ Kruċjati fallew bil-kbir, iżda hu ħalla eżempju mill-isbaħ ta’ eroiżmu.

Il-Papa Bonifaċju VIII ikkanonizzah fl-1927.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply