Andrea Bocelli jkanta żewġ songs fil-film ‘Fatima’


Il-film dwar il-ġrajja tad-dehriet ta’ Fatima, li beda jintwera din il-ġimgħa, jagħlaq b’żewġ songs kantati minn Andrea Bocelli.

Waqt il-credits fl-aħħar tal-film, Bocelli jkanta ‘Gloria’ u ‘Gratia Plena’. It-tieni waħda nkitbet proprju għall-film ’Fatima’ minn Paolo Buonvino. ”

Il-kantant stqarr li “bħala Nisrani, ilqajt bil-qalb it-talba biex nagħti sehmi f’film ta’ storja bħal din għax ‘Fatima’ hu film dwar Ommna tas-Sema Marija, konsolatriċi u medjatriċi”. Bocelli spjega li għaih “il-ġrajjiet ta’ Fatima huma rigal prezzjuż u għalkemm fihom storja li forsi ma nifhmuhiex, huma storja ġenwina u li tedifika. Qal li l-miraklu tad-dehriet lit-tliet itfal ragħajja fih messaġġ ta’ mħabba.

https://cruxnow.com/church-in-europe/2020/08/famed-italian-tenor-sings-two-songs-in-new-fatima-movie/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea