Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġillus


Fl-1 ta’ Settembru l-Knisja tfakkar lil San Ġillus, Eremita u Abbati li għex bejn is-snin 650 sa 710.

Ġillus twieled f’Ateni, il-Greċja fis-sena 650. Meta mietu l-ġenituri tiegħu, huwa qassam il-wirt abbundanti li ħallewlu, lill-foqra. Għal din ir-raġuni, u anki għax wettaq diversi mirakli, dan iż-żagħżugħ kiseb bosta ammiraturi. Imma hu, għall-kuntrarju, la ried it-tifħir u lanqas kien ifittex li jkun famuż. Għalhekk, biex ikun jista’ jservi lil Alla f’ħajja moħbija, huwa telaq mill-Greċja u baħħar lejn Franza.

Hemm mar jgħix waħdu f’foresta mudlama. Għażel għar fis-selvaġġ bħala d-dar tiegħu. Dan l-għar kellu siġra b’xewk kbir quddiemu. Ġillus kien kuntent li beda jgħix f’dan il-post u ħassu għall-kenn, ‘il bogħod mit-tifħir tan-nies li setgħu wassluh biex jintefaħ bih innifsu.

Imma darba waħda, kien hemm re ma’ xi nies minn tiegħu, iduru fil-foresta bħala kaċċaturi. Dawn ġrew wara ċerva li kienet spiss tmur fil-għar ta’ Ġillus u takkumpanjah. Irnexxielha taħrab minnhom billi marret tistaħba ġewwa l-għar ta’ Ġillus. Madanakollu, wieħed mill-irġiel tefa’ vleġġa lejn id-direzzjoni tax-xewk li kien jgħatti l-għar, bit-tama li jirnexxielu jolqot liċ-ċerva. Wara li tħabtu biex daħlu fil-għar, sabu lil Ġillus ferut bil-vleġġa.

“Min int u x’inti tagħmel hawn?” staqsa b’vuċi awtorevoli r-re. San Ġillus irrakkuntalhom l-istorja ta’ ħajtu. Meta semgħuha, talbuh maħfra. Ir-re bagħat għat-tobba tiegħu biex jieħdu ħsieb il-ferita tal-qaddis. Għalkemm Ġillus talabhom biex iħalluh waħdu, ir-re tant ħass rispett lejh, li baqa’ jmur jarah spiss. Ġillus qatt ma kien se jaċċetta rigali mingħand ir-re. Fl-aħħar imma, hu aċċetta li jħalli lir-re jibni monasteru kbir f’dak il-post. Ġillus sar l-ewwel abbati tiegħu.

Dan il-monasteru, tant sar famuż, li nħolqot belt sħiħa fl-inħawi tiegħu. Meta l-qaddis miet, il-qabar tiegħu ġewwa l-monasteru, sar post ta’ qima kbira u ċentru ta’ pellegrinaġġi.

San Ġillus huwa wieħed mill-qaddisin l-aktar popolari taż-żmien medjevali u huwa l-Patrun ta’ diversi, fosthom ta’ dawn li għandhom diffikultà ta’ mobbiltà.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.