Djar għall-Insara fl-Art Imqaddas


L-insara qed jingħataw djar li jaffordjaw biex ma jitilqux mill-Art Imqaddsa

Għal snin sħaħ, l-Insara fl-Art Imqaddsa kienu qed iħallu art twelidhom biex imorru jgħixu f’partijiet oħra tad-dinja, fosthom l-Amerika, u l-Awstralja. Dan jagħmluh minħabba l-instabbilità tal-paċi fir-reġjun kif ukoll biex isibu opportunitajiet aħjar.

Fr Ramzi Sidawi, l-Amministratur tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa jistqarr li “minħabba l- l-ġlied kontinwu w id-diffikultajiet li ġib magħha l-gwerra, kif ukoll diffikultajiet ekonomiċi, l-insara qed iħallu din l-art”. Għalhekk il-kustodja tal-Art Imqaddsa, li hija parti mill-missjoni Franġiskana, qed toffri lill-Insara numru ta’ djar li jkunu jistgħu jħalsu għalihom, kif ukoll tingħata edukazzjoni lit-tfal tagħhom.

Is-sitwazzjoni fl-Art Imqaddsa, minħabba l-Co-vid 19 hi waħda mwera. Minħabba din il-pandemija, Iżrael ser ikun l-ewwel pajjiż li sejjer għat-tieni lockdown totali. Bħalissa l-industrija tat-turisti hija kompletament magħluqa, u l-pellegrinaġġi waqfu wkoll. Din ser tkun daqqa ta’ ħarta għall-komunità nisranija, peress li l-għixien tagħhom hu bażat kollu fuq dan is-settur u għalhekk qed tinħoloq sfida kbira.

Fr Ramzi jgħalaq b’ton pożittiv billi jgħid: “Aħna ngħixu ma ħutna Lhud u Musulmani. Aħna ngħixu flimkien, nistudjaw flimkien, naħdmu flimkien, u rridu nibqgħu nagħmlu dan kollu. Il-futur tagħna hu l-istess futur tal-Art Imqaddsa. Dak li qed jiġri lil kulħadd, ser jiġri lil poplu tagħna.”

Peress li l-futur fl-Art Imqaddsa u wieħed imċajpar, il-Franġiskani huma mħassbin, li l-Insara ser ikunu l-ewwel li jbatu minħabba li huma grupp żgħir, għalhekk il-Kustodja ser tibqa’ toffri l-appoġġ tagħha kemm tista.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.romereports.com/en/2020/10/06/affordable-housing-offered-to-christians-to-keep-them-from-abandoning-holy-land/