Illum infakkru l-Madonna tar-Rużarju.


Kif ir-Rużarju jħalli mpatt pożittiv fil-ħajja tagħna ta’ kuljum

Meta nitolbu bil-fidi u devozzjoni, t-talba tar-Rużarju tista tkun raġġ ta’ dawl għalina fil-vjaġġ tagħna lejn il-virtù. Il-qawwa ta’ din it-talba tista tħalli mpatt fuq il-ħajja tagħna.

Illum il-Knisja qed tiċċelebra t-tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija tar-Rużarju. It-talba tar-Rużarju Mqaddes, hija talba għal qalb Marija. Kemm ġewwa Lourdes, kif ukoll meta dehret lit-tlett itfal ġewwa Fatima, l-Madonna titlob u tħeġġiġna biex ngħidu din it-talba hekk sabiħa.

Meta nitolbu ir-Rużarju fi spirtu ta’ fidi, aħna nkunu qegħdin fil-preżenza ta’ Ġesù u ta’ ommu Marija. Iktar ma nkunu fil-preżenza ta’ Ġesù u Marija, iktar nkunu nistgħu nagħrfu l-imħabba kbira li għandhom għalina.

Ir-Rużarju hija talba li tgħinna nidħlu aktar fil-fond tal-Kelma ta’ Alla. F’din it-talba aħna nirriflettu fuq il-ħajja ta’ Ġesù u dak kollu li għadda minnu, b’hekk aħna nkunu nistgħu nimitawh f’ħajjitna – nkunu iktar ubidjenti, umli, paċenzjużi, naħfru u nħobbu iktar lil xulxin. B’dan il-mod inkunu nistgħu ngħixu bħala ‘Lkoll Aħwa’.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://aleteia.org/2020/10/06/how-the-rosary-can-have-a-positive-impact-on-our-daily-life/