Diżappuntati għax ma tawhomx karigi fil-Knisja


Numru ta’ nisa Franċiżi, li kienu applikaw biex jingħataw karigi importanti fil-Knisja Kattolika, urew id-diżappunt tagħhom għax il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Olivier de Germay ta’ Ajaccio bħala Arċisqof ta’ Lyon minflok il-Kardinal Philippe Barbarin li kien irriżenja minħabba allegazzjon li ma rrappurtax abbużi sesswali minn Saċerdoti.

Il-Kardinal kien ġie meħlus mill-akkużi. F’Mejju li għadda, mara bl-isem ta’ Anne Soupa kienet applikat biex tkun hi s-suċċessur tal-Kardinal Barbarin u eventwalment grupp ta’ nisa ħolqu l-organizzazzjoni Toutes Apôtres (Ilkoll Appostli). Fit-22 ta’Lulju, festa ta’ Santa Marija Madalena, 7 nisa applikaw għal diversi karigi, ta’ Isqof, Saċerdot, Djakonat u Nunzju. Dan l-aħħar kellhom laqgħat fil-Vatikan mal-Arċisqof Celestino Migliore fejn in-nisa apprezzaw il-mod kif semagħhom u li kienu laqgħat kordjali.

Aktar – https://cruxnow.com/church-in-europe/2020/10/french-feminists-dismayed-male-appointed-archbishop-of-lyon/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

One thought on “Diżappuntati għax ma tawhomx karigi fil-Knisja”

  1. Ta’ min jammira l-ħeġġa ta’ dawn il-persuni. Jalla jkun hemm ħafna oħrajn li jkollhom din il-ħeġġa li jwettqu ħidma fl-għalqa tal-Mulej.

    Tajjeb però li wieħed jinnota li fl-għalqa tal-Mulej, huwa l-Mulej lil jsejjaħ, kemm jekk mara u kemm jekk raġel. Hadd ma japplika biex isir Isqof, kemm jekk huwa raġel u kemm jekk mara. Anke jekk nitkellmu dwar il-presbiterat u d-djakonat, il-bniedem jista’ juri interess, imma huwa Alla li jsejjaħ u jibgħat. Kristu nnifsu kien konxju ta’ din is-sejħa.

    ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani, huwa bagħatni …’ (ara Lq 4:18-19)

    Qabel mar lura għand il-Missier, Kristu ħalla f’idejn Pietru u l-kulleġġ Appostoliku r-responsabiltà li jkomplu jaħtru suċċessuri tagħhom . Huwa għalhekk li matul l-elfejn sena ta’ storja tagħha l-Knisja Kattolika kellha dejjem is-suċċessjoni appostolika.

    Imma forsi l-aktar ħaġa importanti li nżommu f’moħħna hija li dawk li dawn in-nisa xtaqu japplikaw għalihom mhumiex karigi ta’ unur, imma ministeri ta’ servizz u qadì.

    Niftakru wkoll li permez tal-magħmudija tagħna, lkoll kemm aħna nirċievu sehem mis-Saċerdozju komuni ta’ Krstu u lkoll kemm aħna nircievu s-sejħa tad-dixxipulat u l-appostolat; dik tal-ewwel biex nimxu wara Ġesù u t-tieni waħda biex inwassluh lill-oħrajn.

    joe farrugia

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.