Il-Papa jitlob għall-Amerika Ċentrali


Il-Papa jitlob għall-Amerika Ċentrali hekk kif l-Urugan Eta għamel ħerba.

Waqt li pponta lejn bandiera miżmuma minn pellegrin preżenti fi Pjazza San Pietru għall-Anġelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku qal: “Qed nara bandiera hemm li ġiegħlni naħseb fin-nies tal-Amerika Ċentrali, milquta fl-aħħar jiem minn urugan vjolenti”. Il-maltempata Tropikali Eta daħlet fl-Amerika Ċentrali li ħalliet ħafna vittmi u għamlet ħsara konsiderevoli, li ggravat is-sitwazzjoni diġa diffiċli tal-pandemija.

Ħerba fl-Amerika Ċentrali wara l-Urugan Eta

Wara r-reċita tat-talba Marjana, l-Papa talab biex il-Mulej “jilqa’ lill-mejtin, ifarraġ lill-familji tagħhom u jappoġġja lil dawk li huma l-aktar milquta, kif ukoll jgħin lil dawk kollha li qed jaħdmu iebes biex jgħinuhom”.

Eta issa resqet lejn Kuba u l-ponta tan-nofsinhar ta’ Florida, wara li ħalliet għexieren mejta u ‘l fuq minn 100 nieqsa fl-Amerika Ċentrali li laqat aktar kmieni fil-ġimgħa bħala urugan maġġuri. Fil-Gwatemala bħalissa qed iħaffru biex jinstab nies li spiċċaw midfuna minn valanga enormi kawżata mix-xita. L-awtoritajiet stqarrew li 25 persuna huma kkonfermati mejta u mill-inqas 100 huma nieqsa fil-Gwatemala, ħafna minhom fil-valanga li laqtet il-belta ta’ San Cristobal Verapaz.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-francis-appeal-sunday-angelus-victims-hurricane-eta.html