Ir-rappreżentanti tal-Fairtrade ltaqgħu mal-Papa Franġisku.

Ħames rappreżentanti tal-Fairtrade mill-Ġermanja, l-Lussemburgu, l-Italja, l-Afrika u l-Amerika Latina lbieraħ ippreżentaw lill-Papa Franġsiku l-istrateġija globali l-ġdida tal-Fairtrade, li se tkopri l-perjodu ta’ ħames snin 2021-2025, biex tiggarantixxi ġustizzja soċjali u klimatika għal uħud mill-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli fid-dinja.

Id-delegazzjoni onorat lill-Qdusija Tiegħu b’għażla ta’ prodotti ċertifikati, kull wieħed b’messaġġi ta’ gratitudni u appoġġ mill-bdiewa mid-dinja kollha, u stiednuh biex jitkellem fuq il-problemi li jikkaratterizza l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-ħajja tagħhom.

Mary Kynua, President tal-Fairtrade International, waslet mill-Kenja għal din l-okkażjoni speċjali w qalet: “Kien unur li taqsam mal-Papa dak li qed tagħmel il-Fairtrade biex tiġbed l-attenzjoni tal-kumpaniji w l-gvernijiet fuq l-importanza li jitħallsu pagi diċenti lill-bdiewa u lill-ħaddiema agrikoli”.

Paolo Pastore, direttur ta’ Fairtrade Italja qal: “aktar minn 2,300 kumpanija fid-dinja, nklużi markets, supermarkets, kumpaniji tal-kummerċjalizzazzjoni, ħwienet żgħar u ta’ daqs medju, lukandi, restoranti, huma mpenjati ma’ Fairtrade, u li jħallsu prezz ġust lill-bdiewa u lill-ħaddiema għall-prodotti tagħhom u li ngħaqdu flimkien biex jiġġieldu kontra t-tħaddim tat-tfal u tad-deforestazzjoni”.

Fl-aħħarnett, Miguel Munguia, tkellem f’isem il-produtturi tal-Amerika Latina u talab lill-Papa biex iżomm f’moħħu w f’talbu lil dawk il-komunitajiet ta’ bdiewa milquta mill-Covid u aktar reċentement minn diżastri ambjentali fl-Amerika Latina u madwar id-dinja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.agensir.it/quotidiano/2020/11/24/papa-francesco-incontrati-i-rappresentanti-di-fairtrade/