Din il-play qasira dwar San Ġużepp tista’ tintuza f’laqgħat tat-tfal. Jieħdu sehem fiha tliet personaġġi, Ġesù, Ruben u Ġużeppi …
F’naħa hemm Ġesù u Ruben. Iktar ‘il ġewwa hemm Ġużeppi.
Ruben: (iġib ftit injam) Ġibtilkom xi xogħol mingħand missieri.
Ġesù: Ruben, jiena qalbi ħebritni li se narak illum!
Ruben: Nieħu gost niġi s’hawn. U xi drabi nkun nixtieq nibqa’ magħkom, hawn f’din id-dar.
Ġesù: Tista’ tibqa’, sakemm ma jkunux jistennewk.
Ruben: Ġesù, din id-dar fiha xi ħaġa li togħġobni, u x’ħin nidhol hawn, il-ħin narah jieqaf, u kollox jidher sabiħ.
Ġesù: Jekk tagħmel it-tajjeb, tgħin lill-oħrajn u jkollok missier u omm bħal tiegħi,…
Ruben: Bħal tiegħek?… Dak missierek, li qiegħed f’dik in-naħa? Kieku qatt smajtu jgħid kelma. Imma jitkellem, hux?
Ġesù: Iva, imma hu kwiet. Kliem mill-inqas, imma kull kelma li jgħid hi sabiħa u tferrħek.
Ruben: X’jismu?
Ġesù: Ġużeppi.
Ruben: Xogħlu jafu tajjeb, għax missieri tgħidx kemm ifaħħru. U lanqas jieħu għali tax-xogħol li jaħdem.
Ġesù: Iva, lili jgħallimni ħafna. Il-paċenzja tiegħu kbira. Min jaf, hux, meta nikbru, kemm għad niltagħu ma’ min itellfilna l-paċenzja.
Ruben: Nagħmlu bħal Ġużeppi. Minflok ma ninkurlaw, ma ngħidu xejn. Inżommu l-kwiet.
Ġesù: Jekk ma noħdux paċenzja, ma nagħmlux sew… Ara, kif aħna hawn, ħu ftit paċenzja u żommli din l-injama biex naqtawha.
Ġużeppi: (Ġużeppi jersaq lejn Ġesù u Ruben) X’intom tgħidu?
Ruben: Ara,… tkellem.
Ġużeppi: Smajtkom tgħidu affarijiet sbieħ. Dejjem fittxu li tagħmlu t-tajjeb.
Ġesù: Iva, u hemm barra ssib fejn tagħmel dan.
Ruben: Kif taf? Għax qatt ma narawk fit-toroq tar-raħal!
Ġesù: Naf, għax minn din it-tieqa nara s-suq ta’ Nazaeth, u noqgħod naħseb x’nista’ nagħmel ma’ dawn in-nies meta nikber.
Ġużeppi: Imm’issa aħjar nieqfu mill-kliem, u nibdew ix-xogħol li ġabilna Ruben. U inti, Ruben, sellili ħafna għal missierek.