Il-Papa jiftakar fil-baħħara, kif ukoll iħeġġiġna nikkontemplaw ix-xena tan-Natività

Print Friendly, PDF & Email

“Il-pandemija tal-koronavirus ikkawżat skumdita b’mod partikolari lill-baħħara. Ħafna minnhom – li huwa stmat madwar 400,000 mad-dinja kollha – huma mwaħħla fuq vapuri lil hinn mit-termini tal-kuntratti tagħhom u ma jistgħux jirritornaw lura d-dar”.

Il- Papa Franġisku qal dan mit-tieqa tal-istudju tal-Palazz Appostoliku tal-Vatikan, fi tmiem it-talba tal-Angelus. “Nitolbu lill-Verġni Marija, Stella Maris, biex tfarraġ lil dawn in-nies u lil dawk kollha li qed jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli, u nħeġġu lill-gvernijiet biex jagħmlu xi ħaġa biex jgħinu lil dawn jirritornaw għand il-maħbubin tagħhom”, żid il-Papa.

Il-Papa Franġisku stieden ukoll lil kulħadd biex jieħdu l-ħin biex jitħejjew tajjeb spiritwalment għall-Milied. Nistgħu nagħmlu dan, billi nagħtu attenzjoni lil dawk ta’ madwarna, b’mod speċjali dawk li qed ibatu, kif ukoll billi nikkontemplaw ix-xena tan-Natività. “Ħija li qed ibati, hu fejn hu, huwa wieħed minna. Huwa Ġesù fil-maxtura: dak li jbati huwa Ġesù. U j’Alla dal-Milied iressaqna viċin ta’ Ġesù f’dak ħuna u f’dik oħtna fil- bżonn. Għaliex huwa dak ħuna fil-bżonn, il-presepju li rridu nduru lejh b’solidarjetà”.

Huwa stieden il-pellegrini f’Ruma biex iżuru l-wirja “100 Presepju”, li din is-sena tpoġġew taħt il-kolonnat ta’ Pjazza San Pietru. “Nistedienkom iżżuru ix-xeni tan-Natività, sabiex tifhmu kif in-nies ifittxu juru kif twieled Ġesù permezz tal-arti”, huwa qal. “Il-presepji taħt il-kolonnat huma katekeżi kbira fil-fidi tagħna”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/12/21/papa-francesco-allangelus-i-governi-aiutino-i-marittimi-bloccati-sulle-navi/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.