Is-Santwarju ta’ Compostela jintroduċi ‘sena qaddisa’ magħrufa bħala Xacobeo

Print Friendly, PDF & Email

Is-sena 2021 se tkun sena sinifikattiva għall-pellegrini li jagħmlu l-mixja tal-Camino de Santiago. Dan għaliex wara qabża ta’ ħdax-il sena, Spanja qed tiċċelebra mill-ġdid ‘Is-sena ta’ San Ġakbu’.  It-tradizzjoni tmur lura mill-inqas 900 sena lejn is-sena 1122.  Magħrufa bħala

Año Xacobeo, is-sena hija ċċelebrata meta l-25 ta’ Lulju festa tal-qaddis-appostlu, taħbat il-Ħadd. Il-Papa bagħat messaġġ minn Ruma sabiex ibierek din iċ-ċerimoonja u l-pellegrini li se jagħmlu l-pellegrinaġġ matul din is-sena speċjali. Iċ-ċerimonja kienet mimlija riti simboliċi.  L-Isqof Julian Barrio ħabbat tliet darbiet fuq il-Bieb Imqaddes tal-Maħfra b’martell magħmul mill-fidi u l-injam. Imbagħad fetaħ il-bieb b’muftieħ tal-fidda. San Ġakbu huwa l-qaddis patrun ta’ Spanja flimkien mal-Immakulata.

https://www.romereports.com/en/2021/01/04/santiago-de-compostela-launches-a-xacobeo-that-will-last-until-end-of-2022/

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d