TALBIET TA’ MAĦFRA – imħejjija minn Dun Aurelio Mulè Stagno S.D.B.
Sensiela A
- Int id-dielja tassew, aħna l-friegħi, Mulej, ħniena.
- Int tistedinna ngħammru fik kif inti tgħammar fina, Kristu, ħniena.
- Int tħalli l-Missier jiżbor fina dak li ma jagħtix frott ta’ għaqda ma’ ħutna l-insara, Mulej, ħniena.
Sensiela B
- Iben il-Waħdieni, li għarraftna dak kollu li smajt mgħand il-Missier, Mulej, ħniena.
- Iben il-Bniedem, li ma ssejħilniex qaddejja iżda ħbieb, Kristu, ħniena.
- Mgħallem tagħna, int għażiltna u ħtartna sabiex nagħmlu ħafna frott, Mulej, ħniena.