Il-Papa jiddeplora l-attakki bomba fl-Iraq u jitlob għall-vittmi.

Print Friendly, PDF & Email

Ilbieraħ, il-Papa Franġisku kkundanna żewġ attakki ta’ suwiċidju bomba f’suq ta’ Bagdad, u ddeskriva l-attakki bħala “att ta’ brutalità bla sens”.

Mill-inqas 32 persuna nqatlu u aktar minn 100 oħra ndarbu. L-attakk seħħ fiċ-ċentru ta’ Bagdad, hekk kif żewġ persuni kien qed jiġu segwiti mill-puluzija, huma splodew lilhom infushom fi Pjazza Tayaran, fejn dak il-ħin kien hemm armat suq tal-ħwejjeġ.

S’issa, l-ebda grupp ma ħa responsabbiltà tal-aħħar attakki, iżda l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku huwa maħsub li huwa wara l-atroċità. Rapport reċenti tan-Nazzjonijiet Uniti jistma li aktar minn 10,000 ġellied tal-Istat Iżlamiku għadhom attivi kemm fl-Iraq kif ukoll fis-Sirja.

F’telegramma, mibgħuta f’isem il-Papa, mis-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Pietro Parolin, qal li l-Qdusija Tiegħu qed jitlob “għall-vittmi mejta u għall-familjari tagħhom, għall-midruba u għal dawk li qed jagħtu l-għajnuna tagħhom”. Huwa kompla jgħid li jittama li l-Iraq ikompli jaħdem biex jegħleb il-vjolenza “b’fraternità, solidarjetà u paċi”, u nvoka l-barka tal-Mulej fuq in-nazzjoni u l-poplu kollu”. Il-Papa Franġisku huwa skedat li jagħmel l-ewwel Żjara Appostolika fl-Iraq mill-5 sat-8 ta’ Marzu u jżur Bagdad u erba’ ibliet oħra.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-telegram-iraq-suicide-attack-prayers.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: