Papa: Jalla s-Sena Injazjana tgħinna naraw l-affarijiet ġodda kollha fi Kristu
L-inizjattiva ta’ talb onlajn li qed tiġi ċċelebrata bħala opportunità biex tfakkar il-500 anniversarju mill-konverżjoni ta’ San Injazju ta’ Loyola, li waqqaf il-Kumpanija ta’ Ġesù. It-tnedija tas-sena Injazjana toffri żmien li jiġi mġedded, isiru pellegrini ma’ San Injazju, u tara l-affarijiet kollha ġodda fi Kristu.
Fil-messaġġ awdjo-viżiv bl-Ispanjol lill-parteċipanti, nkluż lill- Patri Ġenerali tal-Ġiżwiti, Arturo Sosa u l-Ġiżwiti minn madwar id-dinja, l-Papa Franġisku esprima l-ferħ tiegħu li ngħaqad f’din it-talba għas-Sena Injazjana u t-tamiet tiegħu li kollha huma spirati minn Injazju u l-ispiritwalità Injazjana jista’ wkoll “jgħix verament din is-sena bħala esperjenza ta’ konverżjoni”.
Il-ferita li ġarrab, ħarbtet il-ħolm tad-dinja li kellu San Injazju u “bidlet il-kors ta’ ħajtu, u l-kors tad-dinja”, nnota l-Papa, iżda “Alla kellu ħolma akbar għalih” li kienet dik li “tgħin lill-erwieħ”. Huwa qal li din il-ħolma kienet dwar il-fidwa, li tilħaq id-dinja, “akkumpanjat minn Ġesù, umli u fqir”. Din il-konverżjoni seħħet kuljum, innota l-Papa, u rarament kienet esperjenza “darba għal dejjem”, pjuttost xi ħaġa li għaddiet “matul ħajtu, jum wara jum”.
Injazju poġġa lil Kristu fiċ-ċentru ta’ ħajtu permezz ta’ dixxerniment kontinwu, rrakkonta l-Papa, “jinnaviga u jkollu kumpass sabiex ikun jista’ jitlaq fit-triq, li għandha ħafna dawriet, imma dejjem tħalli lilu nnifsu jkun iggwidat mill-Ispirtu s-Santu, li jwassalna għall-laqgħa mal-Mulej.” Dan il-proċess kien jinvolvi laqgħat ma’ nies oħra u sitwazzjonijiet li ltaqa’ magħhom fil-vjaġġ tiegħu, fejn Alla tah gwida. Il-Papa qal li aħna wkoll għandna “nisimgħu lil ħaddieħor” u “naqraw sitwazzjonijiet”, billi “l-konverżjoni dejjem issir fi djalogu, fi djalogu m’ Alla, fi djalogu ma’ oħrajn, fi djalogu mad-dinja.”
Bħala konklużjoni, huwa ħeġġeġ lil dawk ispirati mill-ispiritwalità Injazjana biex jivvjaġġaw flimkien bħala familja li tilħaq lil ħaddieħor billi tgħin lill-erwieħ u tara l-affarijiet ġodda kollha fi Kristu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/pope-may-the-ignatian-year-help-us-see-all-things-new-in-christ.html