Il-Papa u l-Libanu

Print Friendly, PDF & Email

Il-mexxejja Nsara tal-Libanu madwar il-Papa fit-talb għan-nazzjon

Il-Jum ta’ Talb u Riflessjoni għal-Libanu, imsejjaħ mill-Papa Franġisku, li sar ilbieraħ għandu jgħin biex terġa’ titqajjem it-tama u l-paċi fil-pajjiż.

Skond il-Kardinal Leonardo Sandri, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Knejjes Orjentali, li organizza l-inizjattiva; qal li l-iskop tal-ġurnata kien li “nimxu flimkien”. Il-mexxejja tal-Knisja staqsew lilhom infushom, irriflettew u talbu flimkien. Huma ġabu Ruma l-għajta tal-poplu tagħhom. It-tema tal-ġurnata kienet, “Il-Mulej Alla għandu pjanijiet għall-paċi. Flimkien għal-Libanu.”

Il-ġurnata bdiet, billi l-mexxejja nġabru f’Casa Santa Marta ġewwa l-Belt tal-Vatikan, fejn il-Papa sellem lil kull wieħed minnhom u lill-membri tad-delegazzjonijiet tagħhom, u wara flimkien mal-mexxejja tal-Knisja marru bil-mixi lejn il-Bażilika ta’ San Pietru.

Ġewwa, wieqaf quddiem l-artal papali, li jinsab eżatt fuq il-qabar ta’ San Pietru, l-Papa nntona it-talba tal-Missierna, filwaqt li oħrajn ingħaqdu miegħu bl-Għarbi. Wara mument ta’ talb fis-skiet, il-Papa niżel fil-kripta fejn il-qabar ta’ San Pietru u poġġa xemgħa. Wara segwew l-oħrajn preżenti billi poġġew ix-xemgħat tagħhom, b’kollox kien hemm 10 xemgħat. Wara mument ta’ talb, il-Papa mexxiehom il-barra mill-bażilika minn ġewwa l-kripta.

Wara inżammu 3 laqgħat fis-sala tal-Palazz Appostoliku. Il-ġurnata għalqet b’servizz ta’ talb ekumeniku u diskors mill-Papa Franġisku fejn talab għall-paċi fin-nazzjon mifni mit-taqlib u talab lin-nies tal-Libanu jduru għall-għeruq tagħhom, billi huwa minn hemm li jiffjorixxu l-fjuri.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-lebanon-christian-leaders-vatican-day-pray-reflection.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: