Il-foqra u l-esklużi huma l-għalliema tagħkom!

Il-Papa lill-Patrijiet Franġsikani Minuri: “Il-foqra u l-esklużi huma l-għalliema tagħkom!”

Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ lill-parteċipanti fil-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Franġiskan tal-Patrijiet Minuri u fakkarhom biex ikunu dejjem xhieda tal-fraternità u ta’ ħajja sempliċi u ferrieħa huma li qed jinġabru biex iġeddu l-viżjoni tagħhom u jħaddnu l-futur.

Filwaqt li rringrazzja lill-Ministru Ġenerali li spiċċa, Patri Michael Perry, għas-servizz tiegħu, u laqa’ lill-Patri Massimo Giovanni Fusarelli li għadu kemm ġie elett. Il-Papa Franġisku rrifletta dwar kif għal bosta xhur, minħabba l-pandemija, “sibna ruħna ngħixu f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, iżolament u tbatija”.

Il-Qdusija Tiegħu qal li minn naħa waħda, “din l-esperjenza kritika tixprunana lkoll biex nagħrfu li l-ħajja tal-art tagħna hija vjaġġ li għandna nagħmlu bħala pellegrini u barranin, li tħaffilna t-tagħbija tagħna mill-affarijiet u talbiet personali”. Min-naħa l-oħra, “hija opportunità biex nintensifikaw ir-relazzjoni tagħna ma’ Kristu u mal-oħrajn,” u talab lill-komunitajiet Franġiskani biex ikunu “preżenza profetika umli f’nofs il-poplu t’Ala u xhud ta’ fraternità u ħajja sempliċi u ferrieħa għal kulħadd”. Il-Papa nnota li f’żminijiet diffiċli bħal dawn, faċli nirriskjaw li nkunu “paralizzati”, madankollu l-Patrijiet qed jesperjenzaw il-grazzja li jiċċelebraw il-Kapitlu Ġenerali Ordinarju: raġuni għal tifħir u radd il-ħajr lil Alla.

Il-Papa Franġisku nnota li Alla mess il-qalb ta’ San Franġisk permezz tal-ħniena offruta lil ħutu, u huwa jkompli jmiss il-qalb tagħna permezz tal-“laqgħa tiegħu ma’ ħaddieħor. B’mod speċjali dawk l-aktar fil-bżonn. It-tiġdid tal-viżjoni tagħkom tista’ tibda minn din il-ħarsa ġdida li biha tikkontemplaw lil fqir u l-immarġinat, sinjal, kważi sagrament tal-preżenza t’Alla”, sostna l-Papa.

Il-Qdusija Tiegħu, stieden lill-Patrijiet biex iħallu lilhom infushom jiġu “mqanqlin mill-umli ta’ żmienna,” u ħeġġiġhom “biex joħorġu jiltaqgħu mal-irġiel u n-nisa li jbatu fil-ġisem u fir-ruħ”, billi joffru l-preżenza umli u fraterna tagħhom u jagħmlu l-qrubija tagħhom tinħass bħala aħwa żgħar.

“Morru bħala rġiel ta’ djalogu, fittxu li tibnu pontijiet minflok ħitan, offru r-rigal ta’ fraternità u ħbiberija soċjali f’dinja li qed tissielet biex issib il-kors ta’ proġett komuni”, l-Papa qal. U ħeġġiġhom “biex ikun rġiel li jwasslu l-paċi u rikonċiljazzjoni, u jistiednu lil dawk li jiżirgħu l-mibegħda, l-firda u l-vjolenza għall-konverżjoni tal-qalb, u joffru lill-vittmi t-tama mwielda mill-verità, l-ġustizzja u l-maħfra.”

Il-Papa Franġisku kkonkluda l-fatt li “l-ħajja u r-regola tal-Patrijiet Minuri hija din: Li tosserva l-Evanġelju qaddis ta’ Sidna Ġesù Kristu”, u ħeġġiġhom biex qatt ma jħallu l-ansjetà u l-biża’ jwaqqfuhom milli jiftħu qalbhom għat-tiġdid u l-qawmien mill-ġdid tal-Ispirtu t’Alla. Il-Papa sejħilhom biex ma jitbiegħdu qatt mill-qrubija tagħhom mal-foqra, mill-vittmi tal-iskjavitù modern, mir-refuġjati u l-esklużi minn din id-dinja: “Huma l-għalliema tagħkom. Ħadnuhom bħalma għamel San Franġisk!”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-message-general-chapter-friars-minor-franciscans.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.