Il-Papa dwar l-għagħar tal-Ġermanja

Il-Papa milqut ħafna minn aħbarijiet ta’ għagħar li laqtu lil Ġermanja

Il-Ħamis filgħaxija, ntbagħtet telegramma permezz tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Parolin lill-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Franz-Walter Steinmeier. It-telegramma tgħid li l-Papa Franġisku kien “affettwat ħafna” meta sar jaf “bl-aħbarijiet tal-maltempata qawwija u l-għargħar fin-North Rhine-Westphalia u Rhineland-Palatinate”.

It-telegramma tgħid li l-Papa qed jiftakar fit-talb “lin-nies li tilfu ħajjithom” u qed jitlob b’mod speċjali “għan-nies li għadhom neqsin, u għall-midruba”, kif ukoll għal dawk li l-propjetà tagħhom ġiet imħassra jew meqruda “minħabba l-qawwiet tan-natura”.

Għall-familji li tilfu l-maħbubin tagħhom, it-telegramma tgħid li l-Papa “jipparteċipa profondament” fit-telfa tagħhom. Huwa konkluda billi assigura “l-qrubija spiritwali” għal dawk kollha li ġew affettwati mill-għargħar, u lil dawk kollha li qed jieħdu sehem f’operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-flooding-germany-north-rhine-westphalia-telegram.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.